The President of Malta

Il-President jindirizza l-varar ta’ proċess ta’ riforma tas-settur tal-volontarjat u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji

Lejliet il-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (l-OVCO) vara proċess ta’ riforma tas-settur tal-volontarjat kif ukoll fi ħdan l-OVCO nnifsu bl-isem ta’ VO Plus. Waqt il-varar, li sar fil-Palazz ta’ Sant’Anton, issemmiet l-idea li titfassal leġiżlazzjoni ġdida għas-settur tal-volontarjat sabiex jiġu ssalvagwardjati u msaħħa l-organizzazzjonijiet volontarji kollha u dan Read more…

Il-President jippreżenta l-Gold Medal Award 2021 lil Mariella Pisani Bencini

Il-President ta’ Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja annwali tal-Gold Medal Award 2021, organizzata mis-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), li tagħha huwa l-patrun. L-MSA nediet il-Gold Medal Award fl-1896 bl-għan li, kull sena, tippreżenta l-Midalja tad-Deheb lil diversi persuni u/jew organizzazzjonijiet bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħhom għall-arti.  Il-Gold Medal Award din is-sena ngħatat Read more…

Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sa Vella żaru l-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fin-numru 65, Triq Żekka, il-Belt Valletta, flimkien mal-Arċisqof Charles Scicluna. Il-fondazzjoni kellha tiċċaqlaq minħabba l-proġett kbir ta’ restawr li qed isir bħalissa minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn għandha l-uffiċini uffiċjali tagħha fis-sular Read more…

Il-President ta’ Malta jippreżenta l-premjijiet tal-‘Malta Businesswoman of the Year Awards’

Il-‘Malta Businesswoman of the Year Awards’ huma okkażjoni eċċellenti biex jiġi rikonoxxut l-irwol importanti ħafna li għandhom l-imprendituri nisa fl-ekonomija u l-komunità tagħna, filwaqt li jkunu ta’ eżempju għal ħaddieħor. Dan qalu l-President ta’ Malta George Vella matul iċ-ċerimonja tal-‘Malta Businesswoman of the Year Awards’ li saret il-Casino Maltese. HSBC Read more…

Il-President jirringrazzja lill-ħaddiema barranin għall-kontribut tagħhom fit-tkabbir ekonomiku ta’ Malta

Waqt żjara lil J.M. Vassallo Vibro Blocks Ltd, il-fornitur ewlieni ta’ azzar tal-infurzar u elementi strutturali, il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-ħaddiema barranin kollha, li għamlu lil Malta d-dar addottiva tagħhom, għall-kontribut li jagħmlu għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna permezz tal-bżulija u l-impenn tagħhom għax-xogħol. Huwa esprima t-tama tiegħu li Read more…

Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-pazjenti Maltin u l-qraba tagħhom f’Londra

Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella temmew iż-żjara tagħhom f’Londra, fejn iltaqgħu mal-pazjenti Maltin li bħalissa qed jingħataw il-kura f’Londra. Fil-preżent, hemm 25 pazjent Malti li qed jingħataw il-kura fi sptarijiet varji f’Londra. Il-President u s-Sinjura Vella żaru l-appartamenti ta’ Puttinu f’Sutton, kif ukoll ir-residenzi tas-Sorijiet Franġiskani u dawk Agostinjani. Read more…

Il-President jisħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex nagħrfu nużaw tajjeb l-ilsien Malti

Il-President ta’ Malta George Vella saħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex il-poplu Malti jagħraf juża l-ilsien nazzjonali tiegħu tajjeb. Huwa kien qed jitkellem waqt serata organizzata f’Jum l-Akkademja tal-Malti, li matulha ppreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2021 lill-Prof. Manwel Mifsud. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu Read more…

Titħabbar it-18-il edizzjoni ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign

Tnediet it-18-il edizzjoni tal-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Għat-tieni sena konsekuttiva, l-edizzjoni ta’ din is-sena se tikkonsisti f’karusijiet magħmulin b’materjal riċiklat u li, għaldaqstant, inaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent. It-tliet karusijiet b’disinji ġodda għandhom fuqhom tpenġijiet marbuta mat-tema ‘Infittxu dak li jgħaqqadna’, Read more…

Il-President jesprimi apprezzament għall-kuxjenza lejn l-ambjent fl-operat tal-kumpanija Maypole

Waqt żjara lill-kumpanija Maypole, il-President George Vella esprima sodisfazzjon għall-importanza li qed tingħata lill-ħarsien tal-ambjent. Kuxjenza li fi kliem il-President tidher b’mod ċar kemm fl-operat kif ukoll fil-prodotti finali li jinxtraw mill-konsumaturi. Il-President innota li hemm tliet ingredjenti prinċipali li jagħmlu lil dan in-negozju Malti wieħed ta’ suċċess. Dawn huma Read more…

Skip to content