The President of Malta

Il-President jinawgura struttura ġdida f’The President’s Kitchen Garden bil-għan li jiżdied id-dħul għall-Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta George Vella inawgura struttura ġdida li nbniet f’The President’s Kitchen Garden, stabbiliment tal ikel b’risq il-Community Chest Fund li jinsab f’ġonna li jappartjenu għallPalazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard, u li fihom ilhom is-sekli jitkabbru l-ħaxix u l-ħxejjex biex jiġi fornut il-palazz. L-għan ta’ dan l-investiment, li sar b’inizjattiva Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

L-Uffiċċju tal-President jinforma li, iktar kmieni llum, l-E.T. l-President George Vella, flimkien mas-Sinjura Miriam Vella u membri tal-familja tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, żar il-post fejn seħħ l-assassinju tas-Sinjura Caruana Galizia fil-Bidnija. Dan sar wara numru ta’ kuntatti, u qbil, bejn l-Uffiċċju tal-President u l-familja tas-Sinjura Caruana Galizia mit-3 ta’ Settembru Read more…

Ix-xogħlijiet ta’ restawr f’wieħed mill-kurituri tal-Palazz tal-Gran Mastru jaslu fi stadju avvanzat

Waslu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet ta’ restawr f’wieħed mill-kurituri fil-Piano Nobile tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Bit-tneħħija tal-ewwel parti mill-armar f’dan il-kuritur, issa beda jinkixef ix-xogħol estensiv ta’ restawr fis-suffett u fil-ħitan. Dan tħabbar waqt żjara fil-Palazz mill-President ta’ Malta George Vella, li matulha ngħata rendikont tax-xogħlijiet li twettqu sa Read more…

Il-President jerġa’ jiltaqa’ mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mill-ġdid ma’ rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) fil-Palazz ta’ Sant’Anton. L-ewwel laqgħa saret fis-27 ta’ April li għadda, u l-ħsieb hu li dan il-kuntatt jibqa’ jinżamm b’mod regolari. Fil-laqgħa ġew diskussi temi marbutin mas-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna, fosthom it-tisħiħ tal-professjoni tal-ġurnalisti, il-libertà tal-espressjoni ħielsa, Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Fid-dawl ta’ kummenti li qed jidhru fil-midja, l-Uffiċċju tal-President jixtieq ifakkar il-ħidma li wettaq u qed iwettaq il-President ta’ Malta George Vella b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal- Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, kif ukoll fl-ambitu ta’ riformi li kienu diġà nbdew. Fi stqarrija uffiċjali ppubblikata b’reazzjoni għar-Rapport tal-Inkjesta Read more…

Isir il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2021 fil-Palazz Verdala b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

Ġiet organizzata l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu fil-Palazz Verdala bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Dan l-avveniment annwali tradizzjonali sar f’verżjoni ridotta u b’konformità sħiħa mal-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-COVID-19. Għalkemm sar mingħajr żfin, kull min attenda gawda minn serata Read more…

Il-President f’ċerimonja fl-okkażjoni tad-79 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija

Fl-okkażjoni tad-79 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija, il-Ġimgħa filgħaxija fil-Port il-Kbir tfakkru dawk li tilfu ħajjithom fil-baħar fi sforz biex tiġi salvata Malta waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Iċ-ċerimonja ta’ tfigħ ta’ kuruni tal-fjuri fil-baħar saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, George Vella, u ġiet organizzata mill-fergħa Maltija tar-Royal Navy Association Read more…

Skip to content