The President of Malta

“Nixtieq li nitgħallmu niddiskutu waqt li nuru aktar rispett lejn xulxin allavolja ma naqblux” – il-President George Vella waqt laqgħa mas-sindki tar-Reġjun Xlokk

Waqt it-tielet laqgħa li l-President ta’ Malta George Vella kellu ma’ wieħed mir-reġjuni f’Malta, il-President appella biex nitgħallmu niddiskutu b’aktar rispett lejn ħaddieħor. Dan qalu waqt li flimkien mas-Sinjura Vella ltaqa’ mas-sindki tal-kunsilli lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun Xlokk. Matul din il-laqgħa, il-President sema’ dwar esperjenzi li stqarr li jirrepetu Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President tar-Repubblika, George Vella, ilbieraħ wara nofsinhar irċieva kopja tar-Rapport tal-Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-President ħa nota tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Inkjesta u filwaqt li għad irid jixtarr aktar u aħjar dak li ġie deċiż u dak li ġie rakkomandat, l-ewwel reazzjoni tiegħu hija li Read more…

Il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2021 se jsir fil-21 ta’ Awwissu

Tħabbret id-data tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu (Ball of the August Moon) ta’ din is-sena, li se jsir nhar is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2021 fil-ġonna tal-Palazz Verdala. Din se tkun it-tielet edizzjoni li qed tiġi organizzata taħt il-Presidenza tal-President George Vella u t-tieni waħda bir-restrizzjonijiet fil-kuntest tal-Covid-19. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz Read more…

Il-President George Vella f’aktar laqgħat ġewwa Għawdex

Waqt żjara f’Għawdex, il-President George Vella kellu l-opportunità li jisma’ mill-qrib l-esperjenzi riċenti li għaddew minnhom kumpaniji u residenti Għawdxin fl-aħħar sena u nofs, partikolarment kawża tal-pandemija tal-Covid 19. L-ewwel waqfa f’Għawdex kienet fil-kumpanija tas-servizzi finanzjarji Michael Grech, li matulha ltaqa’ mal-Bord tad-Diretturi kif ukoll mal-ħaddiema. Waqt din iż-żjara, ġew Read more…

Il-President ikompli jisma’ liċ-ċittadin permezz tar-rappreżentanti tiegħu fuq livell ta’ gvern lokali

Kompliet titqarreb il-ħidma tal-President maċ-ċittadini u r-residenti, hekk kif din id-darba l-President ta’ Malta George Vella kompla jisma’ l-esperjenzi tas-sindki tal-kunsilli lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun Ċentru. Il-President fisser kif l-għan ta’ dawn il-laqgħat huwa li jisma’ dwar it-tħassib tar-rappreżentanti taċ-ċittadini fuq livell lokali. Huwa nnotta l-messaġġ komuni li kien Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

L-Uffiċċju tal-President jixtieq jinforma li s-Sinjura Miriam Vella, mart il-President tar-Repubblika, ħarġet mill-Isptar Mater Dei llum waranofsinhar wara li t-Tlieta li għadda ddaħlet l-isptar għall-osservazzjoni. Testijiet urew li kienet qed tbati minn pneumonia. Il President u s-Sinjura Vella jixtiequ jirringrazzjaw lill-konsulenti, tobba, u infermiera kif ukoll l-istaff kollu tal-Isptar Mater Read more…

“Il-kunsilli lokali għandhom rwol xi jwettqu fl-għaqda nazzjonali” – Il-President George Vella waqt laqgħa ma’ Kunsill Reġjonali Tramuntana

Il-President ta’ Malta George Vella sema’ l-esperjenzi tas-sindki ta’ 12-il kunsill lokali li jiffurmaw parti mill-Kunsill Reġjonali Tramuntana waqt laqgħa li saret il-Ħamis fil-Palazz ta’ Sant’Anton. F’dik li kienet it-tieni minn sensiela ta’ laqgħat li l-President qed ikollu mas-sindki tal-lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex, il-President fisser kif il-ħsieb wara dawn il-laqgħat Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

L-Uffiċċju tal-President jixtieq jinforma li lbieraħ filgħaxija s-Sinjura Miriam Vella, mart il-President tar-Repubblika, iddaħħlet l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni, dan wara li żviluppat sintomi ta’ pneumonia. L-Uffiċċju tal-President ser ikompli jżomm lill-pubbliku infurmat bl-aħħar żviluppi.

Kylie Grech rebbieħa tal-Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2021

Kylie Grech, studenta mill-Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja Ħal Kirkop, hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2021 organizzat mill-Laboratorju tal-Paċi. Din it-tfajla ta’ kuljum tagħti s-sapport tagħha lil ħabiba tagħha, Valentina Mifsud, li għandha sfidi ta’ komunikazzjoni. Waqt iċ-ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant’Anton, il-President ta’ Malta George Vella ppreżenta l-midalja Read more…

Il-President f’turija ta’ apprezzament lill-missirjiet kollha

F’attività li saret għat-tieni sena konsekuttiva fil-Palazz Verdala b’turija ta’ apprezzament lill-missirijiet kollha, il-President ta’ Malta George Vella qal li minkejja li l-pandemija tal-COVID-19 tefgħet piżijiet ġodda fuq il-familji, għandha wkoll l-aspett pożittiv għax it-tnaqqis tar-ritmu tal-ħajja li ġabet magħha ta lill-ġenituri l-opportunità li jqattgħu aktar ħin bħala familja u Read more…

Skip to content