The President of Malta

Search
Close this search box.

“Il-volontarjat jgħinna nibnu soċjetà iktar b’saħħitha” – Il-President ta’ Malta waqt il-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2023

Il-President George Vella qal li fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, tajjeb li nħarsu sew madwarna u naraw xi rwol jaqdi l-volontarjat, ħafna drabi fis-silenzju, b’nies li jifhmu u japprezzaw l-importanza li jagħtu lura lis-soċjetà. “Il-volontarjat kien, għadu u jibqa’ wieħed mill-pilastri ewlenin fuq xiex iserraħ il-futur tal-poplu tagħna. Dan ngħidu għax nemmen bis-sħiħ Read more…

‘Tisjir mill-Qalb’ din is-sena jiffoka fuq id-diplomazija u l-gastronomija

Il-President George Vella segwa l-proċess tal-istampar tal-pubblikazzjoni ‘Tisjir mill-Qalb 2023’ ftit jiem qabel ma toħroġ għall-bejgħ b’risq The Malta Community Chest Fund. It-tema magħżula għall-aħħar edizzjoni ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ f’din il-presidenza twaħħad id-diplomazija mal-gastronomija. Il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-ambaxxaturi u lill-kummissarji għolja residenti f’Malta tal-kontribut kbir tagħhom permezz Read more…

Il-President u s-Sinjura Vella jżuru lill-pazjenti Maltin li jinsabu għall-kura fir-Renju Unit

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella żaru lill-pazjenti Maltin li jinsabu fir-Renju Unit għall-kura u lill-qraba li qed jakkumpanjawhom. Mal-wieħed u erbgħin pazjent bħalissa qed jingħataw il-kura fi sptarijiet fir-Renju Unit wara li ġew riferuti mill-Isptar Mater Dei. Din is-sena, The Malta Community Chest Fund (MCCF) assistiet mal-mitejn Read more…

Il-President jirrifletti dwar l-istat attwali tal-affarijiet internazzjonali waqt l-indirizz tiegħu lill-Oxford Union

 “Jeħtieġ li nsemmgħu aktar leħinna u nkunu ferm aktar determinati biex neqirdu l-fluss u l-bejgħ ta’ armamenti u munizzjon hekk kif dawn ikomplu jkebbsu u jsostnu konflitti reġjonali u gwerer akbar,” wissa l-President ta’ Malta George Vella fl-indirizz tiegħu lill-Oxford Union, li din is-sena qed tfakkar il-Biċentinarju tagħha. Il-President Vella Read more…

Il-President u s-Sinjura Vella jħallu Malta għal żjara fir-Renju Unit

 Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta dalgħodu għar-Renju Unit, fejn fost impenji oħra, se jkunu qed iżuru lill-pazjenti Maltin u lil qrabathom. Akkumpanjati mis-Sur John Huber, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), il-President u s-Sinjura Vella se jżuru diversi sptarijiet f’Londra fejn se Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta jgħarraf li: Wara li saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, fit-13 ta’ Ottubru 2023, biex isiru espressjonijiet ta’ interess għall-ħatra ta’ ħames Maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta, minn persuni eliġibbli għal dawn il-karigi; Wara li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, imwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 96(A) tal-Kostituzzjoni, irċieva u Read more…

“It-turiżmu għad għandu rwol prinċipali fl-iżvilupp tar-reġjun tal-Mediterran” – il-President ta’ Malta waqt il-Mediterranean Tourism Gala Awards 2023

 “It-turiżmu għad għandu rwol prinċipali fl-iżvilupp tar-reġjun tal-Mediterran, billi jipprovdi opportunitajiet ta’ impjieg, u għalhekk isostni l-għajxien ta’ miljuni ta’ nies minn madwar ir-reġjun,” stqarr il-President ta’ Malta George Vella waqt il-Mediterranean Tourism Gala Awards 2023 organizzati mill-Mediterranean Tourism Foundation. Fid-diskors tiegħu, il-President Vella rrimarka li l-potenzjal li t-turiżmu jkun Read more…

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, Rashad Fakhraddin oglu Aslanov, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

 L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, Rashad Fakhraddin oglu Aslanov, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta. Hekk kif laqa’ lill-Ambaxxatur għal Malta, il-President Vella osserva li r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Ażerbajġan dejjem kienu tajbin minn meta twaqqfu fl-1995. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Ażerbajġan sar sieħeb Read more…

L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjalitiegħu lill-President ta’ Malta

 L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta. Il-President Vella rrefera għall-possibilitajiet li jiżdiedu l-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tal-edukazzjoni, b’mod speċjali fil-livell universitarju. Bħala Stat Membru tal-UE, Malta tħeġġeġ kanali miftuħa ta’ komunikazzjoni bejn l-UE u l-Iran. Fil-livell Read more…

Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha

Il-President ta’ Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja tal-investitura tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023, li din is-sena ngħatat lis-Sur Charles Casha għall-ħidma tiegħu b’risq il-letteratura Maltija u l-ilsien Malti. “Il-pinna tas-Sur Casha ddur mal-umanità, mas-sitwazzjonijiet u l-karattri ferm attwali għal żmienna. Imnebbħa mill-osservazzjonijiet dwar il-ħajja ta’ kuljum u għaldaqstant nistgħu Read more…

Skip to content