The President of Malta

Search
Close this search box.

Diskors għall-Attività EKOSKOLA Palazz ta’ Sant’Anton

Diskors għall-Attivita Ekoskola

L-ewwel nett, nixtieq illi nifraħ lill-Profs. Pace u lil Vince Attard għax-xogħol, f’das-snin kollha, fuq dan il-proġett tal-EkoSkola. Kif qalulna, xi ħaġa li tieħu ż-żmien, ilha għaddejja daż-żmien kollu, u waslet għal dan li waslet illum. Irrid fl-istess ħin ukoll, ovvjament, nifraħ lill-Heads tal-iskejjel kollha, is- Surmastrijiet, it-teachers, illi mingħajr l-għajnuna tagħhom, mingħajr il-

kooperazzjoni tagħhom, ovvjament, dan ma jkunx. U rrid anki napprezza l-

ammont ta’ xogħol li sar biex ikkoordinajna dawn l-iskejjel kollha, biex tajjeb jew ħażin, nisimgħu l-mottos li jridu jgħidulna, imma wieħed japprezza x- xogħol li sar.

Vince qal li ilu jaħdem xi 40 sena fil-kwistjoni tal-ambjent. Jiena, kif kulħadd jaf, minn dejjem kont interessat u kien, biex ngħid hekk, l-ewwel imħabba tiegħi meta dħalt fil-politika. Però, sfortunatament, irrid ngħid li minkejja illi kibret il-kuxjenza, komplew kibru t-theddid.

Waħda mis-slogans lil smajt waħda mit-tfal jgħidu kien: “As if the world was going to end tomorrow”. Huwa tajjeb li ndaħħlu f’moħħ it-tfal li d-dinja hija

sensittiva u li tista’ tweġġa’. Però l-isfortuna hi, u qed inkun ironiku hawnhekk, illi d-dinja mhux se tispiċċa għada, imma jaf tispiċċa l-kwalità tal-ambjent

għada. U jekk kemm-il darba, kif qed ngħallmu lit-tfal, aħna rridu ngħixu ħajja sana u ħajja komda u b’saħħitna, fuq kollox b’saħħitna, irridu nibżgħu għall-

ambjent. Għax taf tibqa’ ddur id-dinja, imma l-ambjent ma jibqax tajjeb għal biex jgħix il-bniedem fih. U bħalma ġew, ma rridx inkun Doomsday Prophet, imma bħalma nqerdu speċi oħra matul il-biljuni ta’ snin li ilha d-dinja, ħadd ma jista’ jagħti garanzija illi m’aħniex qegħdin nagħmlu ħsara lill-ġeneru uman.

Issa jien meta nara dil-kuxjenza kollha nieħu gost. Għaliex? Għax ngħid: “Isma’, hawn qegħdin niżirgħu fejn suppost niżirgħu”. U għalhekk dejjem

nitkellmu fuq l-edukazzjoni. Li inti għandek tfal hemmhekk li fi żmien 10 snin oħra, 15-il sena jkunu jivvutaw, l-ewwel ħaġa, jiġifieri jkollhom say, u fl-istess ħin iġorru magħhom u jtellgħu magħhom dawn l-ideat li intom l-għalliema qegħdin tinkulkaw, li qegħdin iddaħħlu ġewwa moħħhom.

Infakkruhom irridu illi, is-Sustainable Development Goals, mhumiex suppost li jiġu ssodisfatti xi mitt sena oħra. 10 snin oħra. 2030. Għalija, 10 snin oħra huma ħafna, però għal dat-tfal, 10 snin oħra mhuma xejn. Dawn jispiċċaw

jiffaċċjawhom huma u ovvjament iridu jgħixu fl-ambjent li jkun inħoloq f’dak iż-żmien.

Bħalma tafu, dan l-aħħar kellna dak il-forum rigward sustainability hawn Malta u kien hemm kelliema ta’ kalibru, kelliema bravi ħafna. Però bħalm’għidt, minkejja l-fatt li inti qed tagħmel din l-awareness kollha, jiena jiddispjaċini ngħid illi ħafna drabi m’aħniex qegħdin nissodisfaw dak li wieħed ikun jixtieq jara jseħħ biex inti tgħid li l-ħajja ħa tkun aħjar.

Illum, l-islogan l-iktar importanti llum il-ġurnata huwa tal-plastiks fil-baħar. Veru. Ivvintajna l-plastik mitt sena ilu, u f’mitt sena l-bniedem, din in-naqra ta’ speċi wieħed minn dawn il-miljuni kollha, irnexxielu jikkontamina, iniġġes, l- ibħra u l-oċeani kollha. B’oġġett wieħed li ivvinta l-bniedem. Biex tnaddfu, jinvolvi ħafna iktar minn hekk.

Però mbagħad għandek ukoll l-aspetti differenti tal-arja li ndaħħlu fil-pulmun tagħna kuljum. Ħin kollu niskopru l-ġdid. Niskopru l-partiċelli ż-żgħar, hekk

magħrufin bħala l-PM2.5 fis-science, li jidħlu addirittura fis-sistema tad-demm. Illum il-ġurnata, riċentement kelli xjentist Malti li ġie jinfurmani, bi studju li għamel dwar kemm hu mxerred it-traċċi tat-tabakk fin-nifs li nieħdu u fil-

partiċelli li nieħdu man-nifs, li dan jista’ jkun anki għada pitgħada, mhux qed nispekula, imma jaf ikun anki għandu x’jaqsam mal-kanċer, u l-mard li qegħdin niffaċċjaw li ma kienx jeżisti qabel, imma li llum qiegħed hawnhekk.

Dan qed ngħidu għaliex it-tfal, meta ngħid tfal hemm range, kif rajna hawnhekk, hemm tfal li trid tfehemhom b’lingwa, hemm oħrajn li huma teenagers illum u trid tfehemhom b’mod differenti. U rridu ndaħħlu mhux biss il-kuxjenza ta’ x’qed jiġri, imma anke r-responsabbiltà li kull wieħed u waħda minnhom, mhux biss illi hu jara li ma jagħmilx dawk l-affarijiet imma anki li jipprova li ma jħallix lil ħaddieħor jagħmel.

Jiena dejjem insemmi, u nsemmiha bi pjaċir, meta kont nipprattika, meta kien hemm il-kampanja, u għad hemm il-kampanja, kontra t-tipjip illi jiġi xi ħadd jgħidlek: “Jiena tgħidx kemm qaluli biex ma npejjipx, imma t-tifel ikkonvinċieni, għax kull darba li nkun ħa nqabbad sigarett jiġi u jgħidli: ‘Int ma tħobbnix pà, għax se tmut bis-sigarett li ħa tpejjep’”.

U jien naħseb dan hu t-trust li rridu nagħmlu. Li lit-tfal, waħda minnhom qalitha u qalitha, għax sabiħ illi kunċetti illi qabel ħadu snin biex daħlu u li kien diffiċli biex wieħed jispjegahom, bħal din tas-sustainability, tisma’ tifla tgħidlek:

“Għax dan aħna mhux tagħna imma misluf lilna minn ta’ min ġej warajna”, li huwa l-kunċett illi kien ħa żmien twil biex ġie introdott, biex daħal, imma llum qed jitkellmu u tieħu pjaċir tismagħhom jitkellmu b’din il-mentalità.

Jiena għalhekk, biex ma ntawwalx, għax m’hemmx għalfejn nirrepeti figuri, dan semmejtuhom intom, qegħdin nitkellmu fuq suġġett li lilna jinteressana lkoll, suġġett illi wara kollox jikkonċerna lilna kollha għax meta nitkellmu aħna fuq

il-klima, qed nitkellmu fuq is-sostenibbiltà, aħna bħala pajjiż żgħir, iktar u iktar, għandna nkunu iktar konxji ta’ x’inhuma l-perikli li għandna. Meta aħna qegħdin nitkellmu pajjiż ta’ 300km2 b’nofs miljun ruħ fuqu, li rridu naraw ukoll mhux biss il-kwalità tal-arja imma anki aspetti oħra ta’ sustainability. U bħalma rajt jiena u dieħel hemmhekk hemm is-17 Goals illi tajjeb illi lit-tfal nispjegawhomlhom wieħed wieħed, kif inhuma interlinked, kif inhuma

marbutin wieħed mal-ieħor. Però importanti illi mis-17, għandek ħamsa minnhom illi huma direttament marbutin, ħamsa, sitta, direttament marbutin mal-ambjent. U jekk ma jkunx hemm dawk rispettati, u mwettqa, diffiċli biex wieħed jilħaq l-għanijiet l-oħra. U allura hemm din ir-rabta bejn dawn is- suġġetti kollha. Jiena naħseb li dan huwa suġġett illi aħna obbligati li ngħaddu liż-żgħażagħ tagħna. Għaliex? Għax wara kollox, kif għidt fil-bidu, dan mhux kwistjoni ta’ qegħdin ngħaddulhom kodiċi ta’ etika biex jagħmlu l-flus jew ma jagħmlux il-flus jew ikunu tajbin fil-professjoni tagħhom. Imma qegħdin ngħallmuhom u obbligati ngħallmuhom, li jieħdu ħsieb dak li hu ta’ kulħadd. Ħadd ma jista’ jgħid: “Jiena ma jimpurtanix għax jiena nagħmel fattija”. Imma jekk ħaddieħor ma jagħmilx kif qed tagħmel int, u jibża’, dak kollu li qed

tagħmel tajjeb inti ħa jiswa suf għaliex ħa jitħarbat ta’ ħaddieħor. U l-istess ħaġa tgħodd il-kontra.

U allura nagħlaq billi nerġa’ mill-ġdid nifirħilkom. Nifirħilkom ħafna illi għamiltu dan iż-żmien kollu tipprietkaw u tgħallmu fuq l-ambjent. Komplu sejrin hekk. Ovvjament wieħed irid dejjem iħarrax it-tagħlim u jagħmel anki aktar enfasi, iktar ma naraw illi m’hemmx soluzzjonijiet immedjati.

Xi ħaġa oħra lit-tfal, qed niftakar bħalissa, iggustajtha tirrimarka fuq il- kostruzzjoni. Illi għandna l-għelieqi, imma għandna ħafna krejnijiet, għandna ħafna bini tiela’ u hemmhekk ukoll wieħed irid isib il-bilanċ. Ma nistgħux

nibqgħu f’din-naqra ta’ gżira nibnu, nibnu, nibnu, nibnu, nibnu, għax se jkollna biċċa għalqa ħadra fejn wieħed jista’ jmur u jgawdi daqsxejn tal-arja u l-libertà.

U allura nirringrazzjakom mill-ġdid, prosit ilkoll kemm intom. Hawnhekk meta jkollkom bżonn li tiltaqgħu, sa fejn nistgħu, nieħu gost nilqagħkom.

Jiddispjaċini illi minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID ma nistgħux inkunu iktar minn hekk għax is-sala tiflaħ iktar minn hekk, però nispera fil-Bambin illi ngħaddu minn din il-pandemija u nkunu fi żminijiet aħjar.

Again, irridu nirriflettu mat-tfal jekk din il-pandemija hix kawża ta’ affarijiet li stajna evitajna aħna stess fuq l-ambjent, u l-mod kif nittrattaw ċertu speċi u

nittrattaw ċertu annimali u dawn l-affarijiet kollha. Jiġifieri meta nitkellmu fuq l-ambjent qed nitkellmu fuq kollox. Dan huwa xi ħaġa li jorbot ħaġa ma’ oħra u meta nippruvaw lit-tfal tagħna ngħallmuhom biex jaħsbu fuq l-ambjent, inkunu qegħdin nagħtuhom edukazzjoni olistika. Għax kif qed insemmi. Qed insemmu kollox. Jekk inħarsu lejn is-Sustainable Goals 17 jibda min-nuqqas ta’ ġuħ, jibda mill-edukazzjoni, imurlek fuq is-saħħa, imurlek fuq l-oċeani, imurlek fuq kollox. Din hija l-futur tagħna bħala ġens.

Nirringrazzjakom.

Skip to content