The President of Malta

Search
Close this search box.

Diskors tal-ET George Vella, President ta’ Malta waqt il-programm mużikali tas-Soċjetà Mużikali San Pawl, San Pawl il-Baħar

  • Huwa ta’ pjaċir għalija u għal marti Miriam li ninsabu hawn illum biex flimkien magħkom niċċelebraw il-festa ta’ San Pawl. Din hija sena speċjali għall-komunità ta’ San Pawl il-Baħar għax qed tiġi inawgurata l-faċċata l-ġdida tal-każin.
  • B’sodisfazzjon nosserva li għal darb’oħra, il-membri fi ħdan is-Soċjetà komplew juru impenn u dedikazzjoni kbira għat-tradizzjonijiet Maltin. Mhux biss, iżda jaraw ukoll li jippreservaw il-patrimonju tas-Soċjetà permezz ta’ xogħolijiet u restawr varju. Huwa grazzi għalikom li dan is-settur tal-kultura Maltija jkompli jiġġedded u jisseddaq matul iż-żmien. Grazzi tal-ħin, ir-riżorsi, u l-ħidma tagħkom.
  • Nieħu pjaċir nara li huma bosta ż-żgħażagħ li jersqu lejn is-soċjetà u jipparteċipaw b’mod attiv. Nemmen li ż-żgħażagħ huma ċ-ċavetta għall-innovazzjoni u li organizzazzjonijiet bħal tagħkom ikunu qed jikkultivaw teżor nazzjonali meta jinvestu fiż-żgħażagħ u jresqquhom eqreb lejn it-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija.
  • Minnbarra dan, iservu wkoll biex inisslu fihom sens akbar ta’ identità mal-patrimonju ta’ San Pawl il-Baħar. Nifhem li dan qed isir dejjem aktar importanti għal bosta lokalitajiet ġewwa Malta li qed jesperjenzaw tibdil demografiku u infrastrutturali b’rata mgħaġġla.
  • Nagħlaq billi nirringrazzja u nifraħ lis-Surmast Direttur MRO Richard Bugeja u lill-Banda San Pawl għal dan il-kunċert mużikali mill-aqwa u nawguralhom kull suċċess fil-karrieri mużikali tagħkom
Skip to content