The President of Malta

Search
Close this search box.

Background note on the 5th Golden Bay Sprint Triathlon in aid of The Malta Community Chest Fund

The 5th Golden Bay Sprint Triathlon will take place on Saturday 5th October at the Radisson Blu Resort Golden Sands.

All proceeds will go to the Malta Community Chest Fund. This event is open to all Triathletes and is also open to teams for a relay for the swim, bike and run.

Punti għall-ET George Vella, waqt il-5 edizjoni tal-Golden Bay Triathlon, 5 ta’ Ottubru 2019

  • L-iSport huwa wieħed mill-aktar attivitajiet li jwassal għal ġid personali u dak kollettiv. Kulħadd jaf kemm hu tajjeb għas-saħħa li wieħed jsegwi xi dixxiplina sportiva jew oħra. Li wieħed jieħu sehem fi-3 dixxiplini differenti juri livell għoli ta’ stamina u kundizzjoni fiżika mill-aqwa.
  • Minnbarra dan, il-parteċipazzjoni tagħkom hawnekk hija wkoll turija ta’ sens ċiviku b’saħħtu. F’isem il-poplu Malti ngħidilkom grazzi tal-impenn tagħkom biex tkunu ta’ sostenn lil mijiet ta’ persuni li jersqu lejn il-MCCFF għall-għajnuna
  • Id-domanda għall-għajnuna qed tkompli dejjem tiżdied u għalhekk l-għajnuna matul is- sena, u mhux biss dakinhar tal-iStrina, hija importanti ħafna biex il-MCCFF tkun tista’ tagħti l-għajnuna li hemm bżonn.
  • Bħal ma tkellimt diversi drabi oħra, is-solidarjetà u l-għaqda nazzjonali huma priorità għal Presidenza tiegħi. Nemmen li f’okazzjonijiet bħal dawn, nkunu verament qed nimxu ma’ dawn il-prinċipji u nkomplu nwasslu l-messaġġ favur poplu b’saħħtu u li jaħseb f’ħaddieħor
  • Nħeġġeġ biex aktar nies ikunu parteċipi f’din l-inizjattiva u permezz tal-iSport u ħbiberiji ġodda tkunu qed toffru appoġġ lil dawk l-aktar vulnerabbli u fil-bżonn
Skip to content