The President of Malta

Messaġġ tal-Milied lill-Poplu Malti Nhar il-Milied

Għeżież Maltin u Għawdxin,

Insellmilkom.

Nibda’ dan il-messaġġ billi qabel xejn inwassal ix-xewqat tiegħi u ta’ marti Miriam għal Milied Hieni lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Bi pjaċir qiegħed nindirizzakom għat-tieni darba fl-okkażjoni ta’ Festi tal-Milied bħala President ta’ Malta.

Dan huwa Milied differenti ħafna minn dak li mdorrijin bih.

F’dan l-ahhar disa xhur, minħabba l-Pandemija kellna nbiddlu hafna affarijiet li konna mdorrijin bihom f’hajjitna ta’ kulljum.

Kif wieħed seta’ jbassar, il-Festi tal-Milied u t-tradizzjonijiet marbuta magħhom, kellhom ukoll jitbiddlu minhabba dan il- virus.

Ilkoll xtaqna li f’ġurnata bħal lum, inkunu nistgħu niltaqgħu mal-għeżież u l-ħbieb tagħna, u nqattgħu ħin flimkien magħhom kif imdorrijin naghmlu.

Dan ma setgħax iseħħ, u nroddilkom ħajr lkoll, talli b’hafna sagrificcju qegħdin tosservaw id-Direttivi maħruġa mill- Awtoritajiet tas-Saħħa.

Dan huwa fl-interess ta’sahhitna, u s-sahha tal-gheziez taghna.

Jiena u Miriam ukoll, b’dispjaċir kbir, kellna nnaqqsu ħafna mil-laqgħat tagħna – magħkom Maltin u Għawdxin – hekk kif ma nistgħux niltaqgħu mal-pubbliku, kif issoltu jiġri f’dan iż- żmien tas-Sena biex naghtu l-awguri u xewqat sbieh lill xulxin.

Dan kollu m’ghandux inaqqas mill-Ispirtu tal-Milied.

Wara kollox, l-ispirtu tal-Milied ma jinħassx biss f’xi miġemgħa.

Lanqas ma jinħass biss fil-festini u r-riċevimenti.

Nemmen li aħna l-Maltin, li tant ngħożżu l-familja, insibu il- milja tal-Milied fil-ġabra u l-għaqda mal-familja taghna.

Issa iktar minn qatt qabel nistgħu, u għandna, napprezzaw il- familja.

Dan il-virus sieket u qerried, messilna l-għeżiez tagħna u lilna stess.

Min jaf kemm minnkom, li tliftu lil xi membru tal-familja, jew inkella xi ħabib minħabba l-virus, tixtiequ li dawn għadhom magħna, igawdu dawn il-ġranet.

Lilkom ilkoll, insellmilkom b’mod partikolari, u nwasslilkom il-kondoljanzi u s-solidarjetà, minn qalbi. Inħeġġiġkom tagħmlu kuraġġ biex ilkoll negħlbu dan il-mumenti diffiċli – flimkien.

Irrid insellem wkoll, b’mod speċjali lill-anzjani, li wħud minnhom ma jistgħux iqattgħu din il-ġurnata ma’ uliedhom u n-neputijiet tagħhom, biex tkun imħarsa saħħithom.

Lilkom li tinsabu ġo xi dar residenzjali għall-anzjani insellmilkom, u nfakkarkom li mhux il-familji tagħkom biss qegħdin jaħsbu fikom, iżda l-Poplu Malti u Għawdxi kollu.

Hawnhekk nitlob lill-familji tagħna kollha, biex nagħmlu dak kollu possibbli, permezz ta’ xi telefonata, messagg, kartolina jew xi rigal żgħir, nuru l-għożża tagħhom lill-dawn l-anzjani u nuruhom li ghalkemm isolati, m’humiex minsijin.

Ma nistax f’mesagg bhal dan ma nssemix lil morda.

Għal dawk fostna li għaddejjin minn xi problemi ta’ saħħa, il- Milied mhux dejjem igib ferħ, iżda swied ta’qalb, u biża’ mill- ġejjieni.

Ejjew nużaw dawn il-ġranet biex inwasslu kelma ta’ kuraġġ kull fejn nistgħu, lil min hu rikoverat l-isptar, min għaddej minn xi trattament mediku, u lil dawk madwarna li qed iħossuhom vulnerabbli.

Kliem ta’ farag u sostenn jiswew daqs il-kura medika.

Grazzi lil dawk kollha li jduru bil-morda taghna. Din hija missjoni ta’ mhabba.

La qieghed nitkellem fuq il-mard, nixtieq nieħu din l- opportunità biex f’ismi u f’isem marti , ngħidilkom ‘Grazzi’ għall-appoġġ li qed insib minn ghandkom u mill-familji tagħkom, biex inkomplu ngħinu lill-nMalta Community Chest Fund Foundation biex tkompli taqdi dak li hu mistenni minnha.

Din is-sena kienet waħda iebsa ħafna għax naqsu l-fondi, u l- attivitajiet. Iżda ma nqastux intom – il-Poplu Malti li b’tant ġenerożità tibqgħu tagħtu milli tistgħu biex ngħinu lil kull min jeħtieġ l-ghajnuna.

Naf ukoll li ghal ħafna minnkom din is-sena ma kienitx waħda tajba, minħabba l-konsegwenzi tal-Pandemija fuq id-dinja tax- xogħol, fuq l-intrapriżi, fuq il-kummerċ, u fuq it-turiżmu.

Nafu li dan kollu ħalla impatt negattiv fuq is-sigurtà tax- xogħol, il-kwalità tal-ħajja, id-dħul u konsegwentament l-infiq tagħna.

Min-naħa l-oħra żdiedet ukoll it-talba għall-għajnuna, mill- marid u minn min hu fil-bżonn.

Għalhekk ser nibqgħu naħdmu, biex bl-għajnuna tagħkom nilħqu lil dawn kollha, permezz tal-ħidma tal-Malta Community Chest Fund Foundation.

Niltlobkom tkomplu turu kemm huwa qalbu tajba il-Malti, mhux waqt l-Istrina biss, iżda tul is-sena kollha.

Jiddispjacini li l-messagg tal-Milied ta’ din is-sena kellu jkun daqshekk negattiv, imma din hija r-realta’ ta’ madwarna.

A word in english to to the foreigners among us in Malta.

I would also like to extend my greetings to all of you, who might not be Maltese, but who sharewith us our country’s realities.

This must have been a hard year for you – as much as it has been for us all in view of the consequences of the Pandemic. I thank you for your observance of laws and regulations as directed by the Health Authorities, intended to keep us all safe, and enourage you to keep this up.

You are part of the Maltese extended family and we equally care about your well being.

My thoughts go particularly to those of you who are far away from their families, or perhaps cannot spend these days with your loved ones in your respective countries, because of travel restrictions in place due to the pandemic.

Qabel nagħlaq nixtieq li l-poplu Malti u Ghawdxi nghidlu biex naghmlu kuragg, u nheggu biex, minkejja l-hsara li ghamlitilna l-pandemija, nirrealizzaw li bhala poplu ghad ghandna hafna u

hafna affarijiet sbieh li jekk naghrfu nibizghu ghalihom u nisfruttawhom naghmlu hajjitna hafna u hafna ahjar.

Irrid inwassal messagg ta’ tama. Tama li ma ndumux ma nohorgu minn din is-sitwazzjoni mwieghra, u nergghu nieqfu fuq saqajna mill-aktar fis possibbli. L-ahbarijiet li fl-ewwel gimghat ta’ Jannar se jkollna tilqim kontra l-COVID -19, huma ta’ farag u jaghmlulna kuragg.

Jien ghandi fiducja kbira fil-poplu Malti u Ghawdxi.

Ghandi fiducja fil-kapacita tieghu li jeghleb l-ghawg u t-taqlib, bhal ma ghamilna min jaf kemm il-darba matul is-snin tal- istorja taghna.

Nemmen li ghandna bizzejjed reziljenza biex la darba nikkontrollaw il-COVID-19, nahdmu lkoll flimkien biex naghtu hajja mill-gdid lil dawk is-setturi li minnhom tiddependi l-ekonomija ta’ pajjizna.

Jiena fiducjuz, li bl-energija u l-esperjenza li ghandna bejnietna, meta niddiciedu li lkoll nahdmu flimkien, m’hemmx sfidi li bhala poplu m’ahniex kapaci neghlbu.

Bl-ghajnuna ta’ Alla u bir-rieda tajba taghna lkoll, is-sena d- diehla se naghmluha sena hafna aktar tajba minn kull aspett, ghall-gid tal-poplu Malti u Ghawdxi.

B’dan il-hsieb, u b’din it-tama qawwijja Jien u marti, nixtiequ lilkom, lill-familji kollha taghkom, u l-gheziez taghkom, Milied hieni u Sena gdida, mimlija barka, sliem, u fuq kollox sahha.

Insellmillkom.

Skip to content