The President of Malta

Speech by E.T. Prof Frank Bezzina, Acting President, during the lunch to Commemorate Imnarja and its Culinary Traditions, Verdala Palace, 25 June 2022, (Speech in MT)

ONOREVOLI ANTON REFALO [MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI]

MISTIDNIN DISTINI

SINJURI

Hu ta’ gost u pjaċir tiegħi li nilqagħkom hawnhekk fil-Palazz Verdala, wieħed minn tlett palazzi fi ħdan l-Ufficcju tal-Presidenza. Lejn dan l-palazz resqu, mal-milja tas-snin, bosta vjaġġaturi u nies prominenti li waqfu wkoll biex jammiraw dan l-palazz, mistur fil-libsa ta’ forti, li l-Granmastru Verdalle bena bħala l-post tal-mistrieħ tiegħu.

Cedant curae loco – tgħid l-iskrizzjoni li tinsab fuq il-bieb li lkoll minnu għadna kemm għaddejna biex dħalna hawn ġew. Ntreħew f’idejn l-wens ta’ dan l-post – hekk tgħid l-iskrizzjoni. U dan hu fil-fatt dak li qegħdin naghmlu lkoll llum. 

Iżda niġu ghall-Imnarja. Tabilhaqq, l-Imnarja hija esperjenza li tiċċelebra il-wirt tanġibbli u intanġibbli Malti – l-identita` Maltija. Bħala waħda mill-festi primarji fil-kalendarju ċelebrattiv tal-Maltin, l-Imnarja kienet wkoll tgħaqqad il-poplu kollu. Filwaqt li l-knisja kienet tfakkar il-kongregazzjoni fil-kwalitajiet ta San Pietru u San Pawl, il-gemgħa kienet tinġabar sabiex tiċċelebra s-sens ta’ familja u ħbiberija b’ħafna modi, fosthom permezz tal-ikel u l-għana.

Illum ersaqna lejn l-Palazz Verdala wkoll bħal dawk ta’ qabilna. Ma ersaqniex biss għall-mistrieħ iżda wkoll biex niċċellebraw festa importanti fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna fejn is-sagru u l-profan, t-twemmin u l-ambjent jintagħġnu flimkien f’sura tabilħaqq storika iżda wkoll kontemporanja mnebbħa mill-htiega dejjem aktar pressanti li nibzgħu u ngħozzu l-ambjent naturali tagħna. Hu dan l-istess ambjent li l-frott tiegħu għajjex lil missirijietna u li għadu sal-llum jroddilna frott il-art u hidmet il-bniedem. 

L-ikel hu għelm ferm importanti tal-identita Maltija. Nsibuħ fil-proverbji u fit-tahdit taghna ta’ kulljum. Magħġun u minsuġ fl-istorja ta’ pajjiżna fejn dak li ġie kkunsmat fuq din il-ġżira mhux biss frott din l-art iżda jixhed wkoll għar-rabtiet storici u kulturali internazzjonali wkoll storiċi.

Nesprima l-ammirazzjoni tieghi dwar l-fatt li dak li ser nikkonsmaw huwa frott ta’ ħafna riċerka. Mill-frammenti li jinstabu fid-dokumenti, l-organizzaturi ta’ din l-esperjenza iddisinjaw menu li jirrifletti kull saff tas-soċjeta Maltija, specifikament tas-sekli sittax u sbatax. Nistgħu nsemmu, per eżempju, Il-ġobon tan-nar, b’referenza li nsibuha fid-Damma ta’ De Soldanis, ġobon Għawdxi li intilef maż-żmien u li llum rega gie skopert mill-ġdid. L-użu tas-silġ, prodott impurtat minn Sqallija li fi kċejjen sofistikati kien ukoll iservi sabiex jippreparaw ikel frisk. U ma jonqosx il-fenek, kif iffakkarna wkoll fill-mibki Oliver Friggieri fil-kitba tiegħu, L-Imnarja Żmien il-Qtil.

Nixtieq naghlaq bill nifrah lill-organizzaturi ta’ din l-attivita lli permezz tagħha nerġgħu niftakru mhux biss kemm l-ikel hu element importanti li sawwar l-identita Maltija izda wkoll l-importanza tal-ambjent naturali taghna, l-gid u l-benna li jaf jroddilna lura meta naghrfu napprezzawħ u nibżgħu għalih. Fl-aħħar u mhux l-anqas din l-attivita ghandha tfakkarna kemm ir-rabtiet ta’ pajjiżna jmorru lil hinn minn xtutna. Konvint li l-organizzaturi ta’ din l-ikla ser jħalluna b’togħma tajba.

Skip to content