The President of Malta

Search
Close this search box.

Gurly T. Gibson Schwarz tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha bħala Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Liberja lill-President George Vella

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Gurly T. Gibson Schwarz ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Liberja, lill-President ta’ Malta George Vella. Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz tal-President, il-Belt.

Il-President Vella laqa’ lill-Ambaxxatriċi f’Malta u spjega li wara l-istabbiliment tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fl-2008, Malta hija ħerqana li żżid il-kuntatti tagħha mal-Liberja f’diversi oqsma. Saret referenza partikolari għas-settur tal-edukazzjoni fejn studenti Liberjani jsegwu regolarment korsijiet speċjalizzati fl-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali. Il-President irrefera wkoll għar-relazzjonijiet bejn il-Liberja u l-Unjoni Ewropea, fejn qal li Malta tilqa’ d-djalogu pożittiv u kostruttiv u rrefera f’aktar dettall għall-kuntatti produttivi li qegħdin isiru bħalissa mal-ECOWAS.

L-Ambaxxatriċi Schwarz wasslet l-apprezzament ta’ pajjiżha għall-assistenza pprovduta mill-awtoritajiet Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID, b’mod speċjali matul is-sena 2020. Spjegat li r-relazzjonijiet laħqu punt fejn il-Liberja tilqa’ aktar investiment minn Malta. L-Ambaxxatriċi tat ħarsa dettaljata lejn l-iżvilupp kontinwu tal-Liberja u ffukat fuq l-attivitajiet industrijali primarji tas-sajd, il-minjieri u l-agrikoltura. Ġiet diskussa wkoll l-importanza tal-enerġija rinnovabbli għaż-żewġ pajjiżi.

OPR credential ceremony – Ambassador of the Republic of Liberia Grandmaster’s Palace, Valletta

Skip to content