Il-faċċati ta’ żewġ Palazzi tal-President jinxtegħlu għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm
Il-faċċati tal-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Palazz tal-Verdala nxtegħlu b’lewn aħmar bħala sinjal ta’ rikonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm.
Dan isir biex jikkumplimenta t-tkattir tal-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm.
It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għal din is-sena hija “20 sena niċċelebraw l-għoti tad-demm: grazzi lid-donaturi tad-demm kollha!”
Il-faċċati ta’ dawn il-Palazzi Presidenzjali se jibqgħu mixgħula sa nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju