The President of Malta

Il-President George Vella jibda żjara fil-Kosovo

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta dalgħodu għal żjara fil-Kosovo, fejn se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Kosovo, Vjosa Osmani-Sadriu.

L-impenji tal-President Vella fil-Kosovo se jinkludu wkoll laqgħat separati mal-Prim Ministru Albin Kurti u mal-Ispeaker tal-Parlament, Glauk Konjufca.

Fuq stedina tal-President Osmani-Sadriu, is-Sibt filgħodu l-President Vella se jindirizza l-ewwel edizzjoni tal-Women, Peace, and Security Forum: Partnerships for Sustainable Peace.

Sakemm il-president ikun il-Kosovo, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-president u d-delegazzjoni Maltija mistennija jaslu lura Malta nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, kmieni waranofsinhar.

Skip to content