The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President George Vella jibda Żjara Statali fil-Qatar

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta llejla għal Żjara Statali fil-Qatar.

Matul iż-żjara, il-President se jkollu laqgħa mal-Emir tal-Qatar, Sheikh Tamim bin Hamad Al Thani.

Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta tinkludi, fost oħrajn, lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Sakemm il-President Vella jkun il-Qatar, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Il-President u d-delegazzjoni jiġu lura Malta nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju filgħodu kmieni.

Skip to content