The President of Malta

Il-President iżur Foster Clark Products Ltd

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella żar il-kumpanija Foster Clark Products Ltd li hi bbażata f’San Ġwann u li tipproduċi prodotti tal-ikel u xorb u tesporta f’aktar minn 70 pajjiż madwar id-dinja.

Wara li ltaqa’ mad-diretturi tal-kumpanija, il-President żar il-laboratorji u l-impjant tal-manifattura u ngħata wkoll spjegazzjoni dwar l-operat tal-kumpanija li issa ilha topera f’Malta għal aktar minn ħamsa u ħamsin sena.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-President Vella esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-sinerġija li ra bejn il-ħaddiema kwalifikati u leali u l-investiment kontinwu li jsir fl-aktar teknoloġija avvanzata għal dan il-qasam.

Huwa awgura li din il-koperazzjoni titkompla u tkompli tissaħħaħ fiż-żmien li ġej biex jibqgħu jiġu milħuqa l-għanijiet mixtieqa.

Skip to content