The President of Malta

Il-President iżur il-Pharmacare Premium Ltd

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta, George Vella żar il-kumpanija Pharmacare Premium Ltd, kumpanija bbażata Ħal Far li timmanifattura l-mediċini.

Wara li tlaqqa’ mal-management superjuri u mal-istaff miċ-Chairman Bassim Khoury, mid-Direttur, Hani Sarraf, u mill-Manager tal-Impjant Randolph Bonnici, huwa ngħata preżentazzjoni qasira dwar il-kumpanija u ddawwar mal-faċilità. Ippreżenta wkoll tifkira ta’ rikonoxximent lil membri tal-istaff li ilhom jaħdmu mal-kumpanija għal bejn ħames sa għaxar snin.

Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-kumpanija hija mmexxija minn tim ta’ nies kompetenti, il-President faħħarhom għal kif irnexxilhom iżommu n-negozju tagħhom għaddej matul l-imxija tal-COVID-19 bla ma kellhom bżonn jirrikorru għall-iskema tas-suppliment tal-pagi.

Skip to content