The President of Malta

Il-President jesprimi apprezzament għall-kuxjenza lejn l-ambjent fl-operat tal-kumpanija Maypole

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Waqt żjara lill-kumpanija Maypole, il-President George Vella esprima sodisfazzjon għall-importanza li qed tingħata lill-ħarsien tal-ambjent.

Kuxjenza li fi kliem il-President tidher b’mod ċar kemm fl-operat kif ukoll fil-prodotti finali li jinxtraw mill-konsumaturi.

Il-President innota li hemm tliet ingredjenti prinċipali li jagħmlu lil dan in-negozju Malti wieħed ta’ suċċess. Dawn huma l-importanza li n-negozju jżomm ruħu aġġornat mal-iżviluppi fit-teknoloġija u fit-talbiet tal-poplu, li jirrispetta lill-impjegati Maltin u barranin tiegħu kif ukoll li jżomm livell għoli fl-operat.

Il-President Vella nnota wkoll li l-istess kumpanija qed tgħin permezz ta’ proġetti marbuta marresponsabbiltà soċjali u rringrazzjahom tad-donazzjoni mogħtija b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation.

Huwa sellem lill-400 impjegat tal-kumpanija u ħeġġiġhom ikomplu jinvestu fil-kapaċitajiet u fittaħriġ kontinwu.

Skip to content