The President of Malta

Il-President jippreżenta l-Gold Medal Award 2021 lil Mariella Pisani Bencini

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja annwali tal-Gold Medal Award 2021, organizzata mis-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), li tagħha huwa l-patrun. L-MSA nediet il-Gold Medal Award fl-1896 bl-għan li, kull sena, tippreżenta l-Midalja tad-Deheb lil diversi persuni u/jew organizzazzjonijiet bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħhom għall-arti. 

Il-Gold Medal Award din is-sena ngħatat lil Mariella Pisani Bencini, li hija magħrufa sew bħala awtriċi, preżentatriċi, u produttriċi tat-TV. Isem is-Sa Pisani Bencini huwa wkoll sinonimu mal-programm televiżiv tagħha ta’ kull ġimgħa ‘Meander’, li ilu għal dawn l-aħħar 27 sena jippromwovi x-xena artistika u kulturali f’Malta. 

Fid-diskors tiegħu, il-President feraħ lis-Sa Pisani Bencini għall-kontribut estensiv tagħha kif ukoll għall-karriera tagħha fuq il-mezzi tax-xandir, fejn għal snin twal kienet “il-wiċċ tas-settur tal-arti u l-kultura”. Awgura wkoll “li l-ħidma tas-Sa Pisani Bencini tkun ta’ eżempju u għarfien għall-ħidma tant meħtiega fost il-poplu tagħna li jkompli jeduka ruħu fl-apprezzament tal-arti u l-kreattività.”

Skip to content