The President of Malta

Il-President jirċievi kredenzjali diplomatiċi minn Kapijiet tal-Missjoni ġodda

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Tliet kapijiet tal-missjoni ġodda ppreżentaw il-kredenzjali diplomatiċi tagħhom lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton nhar il-Ħamis 21 ta’ Ottubru 2021.

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova Anatolie Urecheanu kien l-ewwel wieħed li ppreżenta littri ta’ kredenzjali tiegħu. Ġiet diskussa l-pandemija tal-Covid-19, fejn il-President Vella sejjaħ għal rispons multilaterali b’saħħtu u kkordinat li jeħtieġ li naħdmu id f’id mas-sħab internazzjonali kollha. L-Ambaxxatur Urecheanu rringrazzja lil Malta għall-għajnuna mogħtija lill-Moldova fis-sajf tal2020 meta pprovdiet tagħmir protettiv.

Il-koperazzjoni fil-livell multilaterali ssemmiet ukoll fit-taħditiet, fejn kemm il-President Vella kif ukoll l-Ambaxxatur Urecheanu identifikaw lin-Nazzjonijiet Magħquda bħala pjattaforma eċċellenti għal tali kollaborazzjoni.

Imbagħad ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Slovakka Karla Wursterova. Il-President Vella qal li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi huma eċċellenti u żied jgħid li hemm diversi opportunitajiet li jistgħu joffru benefiċċji reċiproċi. L-Ambaxxatriċi Wursterova qablet u esprimiet l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ il-kuntatti fl-oqsma tal-kummerċ, tat-turiżmu, taxxjenza u tal-edukazzjoni.

Ġew diskussi wkoll il-kwistjoni tal-migrazzjoni fil-Mediterran u s-sitwazzjoni tal-Viċinat tanNofsinhar u tal-Lvant tal-Ewropa kif ukoll l-iżviluppi fil-Balkani tal-Punent.

It-tielet waħda li ppreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha kienet l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika talAwstrija Erika Bernhard. Il-President Vella osserva li Malta u l-Awstrija għandhom relazzjonijiet bilaterali eċċellenti, kif jidher fin-numru ta’ skambji li saru fl-aħħar snin, u anki abbażi talinvestimenti li negozji Awstrijaċi għamlu f’Malta u li kienu ta’ suċċess matul is-snin. L-Ambaxxatriċi Bernhard spjegat kif matul il-mandat tagħha ser tiffoka fuq it-tisħiħ tal-iskambji kummerċjali, itturiżmu u l-koperazzjoni kulturali.

Minbarra l-kwistjonijiet ta’ interess bilaterali, il-President Vella u l-Ambaxxatriċi Bernhard iddiskutew kwistjonijiet globali urġenti bħat-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà u l-migrazzjoni.

Matul ikla ta’ nofsinhar mal-kapijiet tal-missjoni l-ġodda, il-President George Vella ħeġġiġhom kollha biex ikomplu jesploraw il-ħafna possibbiltajiet li toffri Malta u ħeġġiġhom iżuru lil Malta kemm jista’ jkun ta’ spiss.

President George Vella is presented with the letters of credence
President George Vella is presented with the letters of credence
President George Vella is presented with the letters of credence
Skip to content