The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Il-President Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għas-Summit dwar il-Paċi fl-Ukrajna li ser isir fl-Iżvizzera

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta llum waranofsinhar għas-Summit dwar il-Paċi flUkrajna li ser isir fl-Iżvizzera.

Is-Summit ta’ jumejn ser jiffoka fuq l-elementi prattiċi u l-passi għal proċess ta’ paċi.

Waqt li l-President Spiteri Debono ser tkun impenjata fl-Iżvizzera, Dr Francis Zammit Dimech ser iservi filkariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-President Myriam Spiteri Debono tiġi lura Malta nhar it-Tnejn 17 ta’ Ġunju 2024.

Skip to content