The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President ta’ Malta jesprimi l-importanza ta’ approċċ ta’ multilateraliżmu fl-affarijiet barranin

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella esprima t-tħassib tiegħu dwar il-populiżmu waqt li rrimarka dwar l-importanza ta’ approċċ ta’ multilateraliżmu fl-affarijiet barranin.


Il-President Vella semma dawn il-kwistjonijiet fl-indirizz tiegħu lill-mistednin f’attività organizzata mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġermanja b’tifkira tas-57 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.


“Kemm Malta kif ukoll il-Ġermanja għandhom għal qalbhom l-approċċ ta’ multilateraliżmu flaffarijiet barranin”, qal il President Vella. Huwa spjega kif l-imxija tal-pandemija tal-Covid-19 kompliet issaħħaħ din il-konvinzjoni. Il-President enfasizza l-importanza tal-għaqda f’tali sfidi. Qal li l-multilateraliżmu jippermetti li l-pajjiżi jingħaqdu flimkien biex jilħqu għanijiet komuni.


“Ma nistgħux inħallu l-populiżmu jifridna”, żid jgħid il-President waqt li spjega l-importanza li ningħaqdu flimkien biex insibu soluzzjonijiet li jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u jiżguraw issigurtà u l-protezzjoni għal kull pajjiż.


Il-President Vella ħa l-opportunità biex jispjega iktar dwar it-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Għaqda Nazzjonali, li l-għan aħħari tagħha huwa l-poplu nnifsu. “Għandi liċ-ċittadini f’moħħi”, kompla jgħid il-President waqt li qal li l-fondazzjoni se tinħoloq għalihom u li ċ-ċittadini stess se jkunu dawk li jikkontribwixxu għaliha u li jibbenefikaw mit-tkabbir u mill-viżjoni tagħha.

Il-President ta’ Malta għalaq billi rringrazzja lill-President tal-Ġermanija tal-akkoljenza tiegħu u lillAmbaxxata ta’ Malta għall-Ġermanja għall-koperazzjoni tagħha fl-ippjanar ta’ din iż-żjara.

Skip to content