Il-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh żar lill-President George Vella llejla fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-Prim Ministru Dbeibeh enfasizza l-apprezzament tal-poplu Libjan għall-ħbiberija li Malta wriet lil pajjiżu. Fakkar ukoll il-kuntatti b’saħħithom ħafna fil-qasam kummerċjali u bejn il-popli li żviluppaw tul is-snin. Il-President Vella esprima dispjaċir għall-kunflitti vjolenti reċenti li wasslu għat-telfien ta’ ħajjiet u esprima t-tama tiegħu li jiġi implimentat proċess demokratiku, fuq kollox permezz taż-żamma ta’ elezzjonijiet. Tenna t-tama tiegħu li jipprevalu d-djalogu u l-istabbiltà fl-interess tal-poplu tal-Libja u tal-istabbiltà fir-reġjun usa’.




