The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President ta’ Malta jilqa’ lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede l-Kardinal Pietro Parolin, fi żjara ta’ korteżija fil-Palazz Presidenzjali

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President George Vella laqa’ lis-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede l-Kardinal Pietro Parolin, fi żjara ta’ korteżija li saret dalgħodu fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Qabel kollox, il-President Vella rrefera għaż-żjara f’Malta mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku u qal li din ser tibqa’ stampata fil-memorja tal-poplu Malti u Għawdxi.

Iż-żewġ partijiet iddiskutew fit-tul il-gwerra fl-Ukrajna u ffokaw b’mod partikolari fuq il-konsegwenzi umanitarji devastanti tal-invażjoni Russa. It-tnejn qablu li l-invażjoni Russa fl-Ukrajna tirrappreżenta theddida diretta għas-sistema multilaterali.

Tkellmu wkoll dwar l-effetti tal-gwerra fuq ix-xenarju tal-enerġija globali u s-sigurtà tal-ikel.

L-iskambji ffokaw ukoll fuq kwistjonijiet oħra ta’ importanza reġjonali u internazzjonali li jvarjaw mill-migrazzjoni fil-Mediterran għall-preservazzjoni tar-regoli u l-istandards internazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-istati.

Skip to content