Core Platform

Il-Missjoni tal-CORE Platform hija:
“Li tippromwovi, tiddiskuti, tqajjem għarfien u xxerred il-kunċetti ta’ Ċittadinanza Korporattiva u Responsabbiltà Korporattiva u biex tkun pjattaforma għal skambju ta’ tagħlim fost il-membri tagħha, l-imsieħba, is-soċjetà ċivili u msieħba oħra fuq livelli nazzjonali u internazzjonali”.

L-Għanijiet Ewlenija tal-CORE Platform huma:

  • Li tippromwovi l-kunċett ta’ Ċittadinanza Korporattiva u Responsabbiltà Korporattiva billi tagħti sapport lil dibattitu, għarfien, tixrid ta’ informazzjoni u l-attivitajiet li jiżviluppaw il-membri u partijiet oħra li jkunu qegħdin ifittxu kollaborazzjonijiet aktar wiesgħa ma’ komunitajiet lokali u mal-NGOs;
  • Li tippromwovi l-iskambju ta’ tagħlim fost il-membri kollha u l-imsieħba tagħha, filwaqt li tippromwovi forum ta’ diskussjoni u skambju ta’ prattiċi tajbin, kemm dawk nazzjonali kif ukoll internazzjonali, billi torganizza avvenimenti nazzjonali u internazzjonali bil-kooperazzjoni tal-membri tagħha;
  • Li tipprovdi, fejn meħtieġ, servizzi lill-membri u l-imsieħba fl-oqsma li jkollhom x’jaqsmu mal-objettivi tal-Assoċjazzjoni;
  • Li tippromwovi l-iżvilupp ta’ proġetti konġunti innovattivi fl-oqsma kollha relatati mas-CSR u l-iżvilupp sostenibbli;
  • Li tiżviluppa u torganizza l-Premjijiet tas-CSR u li tippromwovi avvenimenti għat-tixrid tagħhom, jiġifieri fil-kuntest tal-Premjijiet Ewropej rikonoxxuti minn CSR Europe.

 

Permezz tas-sapport lil dawn l-attivitajiet, il-CORE Platform ikollhom l-għan li jiżviluppaw rabtiet aktar b’saħħithom bejn in-negozji, l-NGOs u l-komunitajiet. Il-CORE Platform tagħti sapport lill-iskambji ta’ tagħlim fost il-membri u l-imsieħba fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

Il-CORE Platform huwa taħt il-patroċinju tal-E.T. Il-President ta’ Malta. Hija wkoll membru ta’ CSR Europe u hija n-‘National Partner Organisation’ tagħhom f’Malta. CSR Europe hija ppreseduta minn IBM Europe u għandha aktar minn 40 CSR Organisations f’aktar minn 30 pajjiż.

Uħud mill-proġetti lokali u Ewropej li l-CORE Platform qed tieħu sehem fihom jinkludu:
Volunteer Sliema

Volunteer Sliema hija sħubija bejn SOS Malta u l-CORE Platform u hija sostnuta mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema u l-Isptar Capua. Din is-sħubija bejn ħafna msieħba se tkun qed tiżviluppa mod innovattiv ta’ kif tingħata għajnuna lill-anzjani fil-komunità sabiex titnaqqas l-esklużjoni soċjali, filwaqt li tikkontribwixxi lejn l-ispirtu ta’ karità u ċittadinanza attiva fi ħdan il-komunità permezz tal-iżvilupp ta’ skema ta’ volontarjat lokali. Dan il-proġett se jkun wieħed ewlieni biex jiġi ċċelebrat il-25 anniversarju ta’ SOS Malta. Dan il-proġett se jara li l-anzjani vulnerabbli u persuni b’diżabbiltà jkunu aktar mobbli u jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u servizzi essenzjali, kif ukoll jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ divertiment u tal-komunità. Barra minn dan, il-proġett se jara li jipprovdi sapport emozzjonali lil dawn il-gruppi ta’ nies permezz tal-ħolqien ta’ Community Volunteers Network.

Dan il-proġett pilota se jkompli jibni fuq il-proġett eżistenti tal-VolServ u Tal-Kultura – il-proġett ta’ volontarjat għal Valletta 2018, li bħalissa bejniethom għandhom 500 voluntier. L-iskema se tuża l-karozza eżistenti ta’ SOS Malta kif ukoll l-esperjenza li għandha SOS Malta, u se tagħti kontribut lejn ix-xogħol ta’ SOS Malta lejn inklużjoni soċjali u soldiarjetà ma’ gruppi vulnerabbli. Dan il-proġett pilota li qed jiġi propost isir f’Tas-Sliema. Din iż-żona hija waħda fejn hemm attività kummerċjali fejn jintlaħqu ħafna nies.

II-proġett inkun jinkludi 3 elementi ewlenin:

1.     L-iżvilupp ta’ netwerk ta’ madwar 20-30 voluntier lokali sabiex jassiguraw is-sapport lejn l-anzjani;

2.     L-iżvilupp ta’ skema ta’ trasport fil-komunità sabiex tiġi promossa l-mobbiltà tal-anzjani u dawk b’xi forma ta’ diżabbiltà;

3.     It-twaqqif ta’ netwerk ta’ msieħba lokali li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-iskema.

Nindirizzaw l-Isterjotipi tal-Ġeneru fil-qasam tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM)
Il-CORE Platform, flimkien ma’ CSR Europe u 14-il National Partner Organisation, tat bidu għal missjoni sabiex tindirizza l-isterjotipi fl-edukazzjoni u għażliet ta’ karriera li għandhom x’jaqsmu ma’ STEM u biex ixxolji l-iżbilanċ persistenti fil-qasam ta’ STEM.

L-attivitajiet tal-proġett jinkludu:

1.     It-twaqqif ta’ sħubija bejn kummerċ u edukazzjoni biex jitwasslu attivitajiet li jqajmu għarfien għal studenti ta’ bejn it-13 u d-19-il sena, il-ġenituri tagħhom, u rappreżentanti ta’ kumpaniji sabiex jindirizzaw l-isterjotipi u jattiraw aktar nisa fis-setturi ta’ STEM iddominati mill-irġiel;

2.     L-iżvilupp ta’ għodda u taħriġ għal organizzazzjonijiet ta’ msieħba lokali fuq kif wieħed jiba sħubija bejn il-kummerċ u l-edukazzjoni fuq STEM u sterjotipi ta’ ġeneru;

3.     Valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet;

4.     L-iffaċilitar ta’ netwerk ta’ tagħlim għal kumpaniji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni Ewropea li jkollu l-għan li jtejjeb l-impatt tal-programm ta’ STEM ta’ kumpanija (b’emfasi fuq l-indirizz ta’ sterjotipi tal-ġeneru);

5.     L-iżvilupp u l-provvediment ta’ taħriġ, korsijiet online u gwida għall-għalliema sabiex ikunu mgħammra bl-għodod kollha meħtieġa biex jikkumbattu l-isterjotipi tal-ġeneru.

Sapport lill-President’s Trust Employment Initiative u l-President’s Foundation, u proġetti fuq livell lokali
Il-CORE Platfrom bħalissa qed tagħti sapport lill-President’s Trust fl-Employment Initiative tagħha, bil-għan li tgħin żgħażagħ li jkunu ġejjin minn ambjenti diffiċli u li jkunu għaddejjin minn sfidi personali sabiex isibu impjieg f’Malta.

Il-CORE Platform qed tgħin ukoll lill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà f’żewġ proġetti ewlenin. Dawn jinkludu t-tisbiħ tal-Palliative Ward fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei, kif ukoll it-tisbiħ tal-ġonna tal-Isptar Monte Carmeli f’Ħ’Attard.

Barra minn dan, il-CORE Platform qed taħdem mal-kunsilli lokali Maltin għat-twaqqif ta’ ‘playing fields’ f’lokalitajiet varji tal-gżejjer tagħna sabiex jipprovdu żoni siguri ta’ rekreazzjoni għat-tfal tal-madwar.

EU Talent – Kummerċ fl-Ewropa għall-apprendistat taż-żgħażagħ
Intrappriżi żgħar u medji (SMEs), għandhom rwol u potenzjal kbir biex jiġġieldu l-qgħad fiż-żgħażagħ billi jipprovdu opportunitajiet ta’ żvilupp u ta’ impjieg, bħal apprendistat. L-SMEs madankollu ta’ spiss ikollhom nuqqas ta’ informazzjoni, ta’ riżorsi u/jew ta’ esperjenza biex jipprovdu apprendistat ta’ kwalità għolja. Sabiex tingħata għajnuna lill-SMEs, dan il-proġett għandu l-għan li joħloq strutturi ta’ sapport fil-forma ta’ netwerks ta’ tagħlim kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali.

L-għanijiet ewlenin jinkludu:

1.     Għarfien akbar tal-benefiċċji tal-apprendistati

2.     Żieda ta’ opportunitajiet biex jittieħdu l-apprendistati

3.     Titjib fil-kwalità tal-apprendistati

4.     Identifikazzjoni u tneħħija tal-ostakli fil-politika biex wieħed jissieħeb f’apprendistat.

Dan il-proġett, immexxi minn CSR Europe, se jkopri 12-il pajjiż direttament permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ 13 mill-imsieħba nazzjonali tiegħu, inkluż il-CORE Platform li huma mqassma f’6 imsieħba b’impenn għoli (li jirrappreżentaw 5 pajjiżi) u 7 oħra ta’ impenn aktar baxx, inkluż Malta.

Id-direzzjoni strateġika ta’ dan il-proġett se jkun issapportjat mill-esperjenza esperta ta’ wieħed mill-imsieħba, EVTA (European Vocational Training Association) u msieħeb assoċjat, l-EUROCHAMBRES.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-CORE Platform huwa magħmul mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrappriża u l-Industrija (il-President), il-GRTU – Kamra tal-SMEs (is-Segretarju), SOS Malta (it-Teżorier), il-Malta Hotels and Restaurants Association, il-Malta Employers’ Association, il-Malta Business Bureau, il-BOV Foundation, l-Alfred Mizzi Foundation, it-TUMAS Foundation, il-Farsons Foundation u AX Holdings Ltd.

Helga Ellul – President
Helga Ellul kienet iċ-Chief Executive Officer ta’ Playmobil Malta Ltd sal-2012. Il-kumpanija ġiet imwaqqfa fl-1971 u bħalissa timpjega ’l fuq minn 1,000 ruħ. Helga aktar tard waqqfet kumpanija ta’ konsulenza, Advise Ltd, u hija membru tal-bord u Chairman ta’ bosta negozji lokali. Kellha bosta pożizzjonijiet fuq bordijiet kemm ta’ korpi kostitwenti kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Gvern. Serviet bħala Deputy Chairman tal-Employment & Training Corporation bejn l-1990 u l-1996 u kienet President tal-Foundation for Human Resources Development bejn l-1995 u l-2003.

Helga kienet l-ewwel President mara tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrappriża u l-Industrija ta’ Malta, titlu li żammet sa’ Marzu 2011. Ingħatat il-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika fl-1994 u rċeviet l-Officer’s Cross of the Order of Merit f’isem il-President Ġermaniż mill-Ambaxxatur Ġermaniż Bernd Braun fl-2011.

 

Matteo Privitelli – Eżekuttiv
Matteo ngħaqad mal-CORE Platform f’Mejju 2016. Huwa jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-organizzzazzjoni u jgħin fit-twaqqif u l-koordinazzjoni ta’ avvenimenti u laqgħat. Huwa involut ukoll direttament fl-immaniġġjar ta’ kull proġett li jimpenja ruħha fih il-CORE Platform.

Matteo ggradwa mill-Università ta’ Malta b’B.A. (Hons.) fl-Industrial Relations fl-2011 u M.A. fid-Diplomatic Studies fl-2013. Bħalissa qed jipprepara għat-tieni M.A. tiegħu fil-Hospitalier Studies. Barra minn dan, fl-2013, huwa ggradwa wkoll mill-Institute for Tourism Studies bħala gwida professjonali fil-Gżejjer Maltin.

Qabel ma ingħaqad mal-CORE Platform, Matteo ħadem mal-Malta Business Bureau u, għal ftit żmien, mal-Malta Hotels and Restaurants Association.

IKKUNTATTJANA
Tista’ tfittex il-CORE Platform fuq: http://www.core.org.mt/

Il-paġna tal-facebook tagħna tinsab hawn: https://www.facebook.com/COREPlatformMalta/