Forum Nazzjonali tat-Trade Unions

Il-Forum Nazzjonali tat-Trade Unions ġie mniedi fit-23 ta’ Lulu 2014 u joħloq opportunitajiet għal djalogu bejn it-Trade Unions Maltin. Dan it-tip ta’ djalogu jinkoraġġixxi l-qsim ta’ esperjenzi bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet komuni għal diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fuq il-post tax-xogħol u biex jiġi assigurat il-benessri tal-ħaddiema kollha.