MCCFF

Il-Malta Community Chest Fund Foundation toffri għajnuna lil individwi u entitajiet sabiex itejbu s-saħħa, il-kwalità ta’ ħajja u l-ġid ta’ persuni meta jkollhom bżonn.

IL-Missjoni Tal-MCCFF
Il-missjoni tagħna hija prinċipalment sabiex ittaffi mit-tbatijiet ta’ individwi u familji li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli, kemm jekk ikkawżat mill-marda tal-kanċer u mard ieħor serju, ċirkostanzi tal-ħajja jew faqar.

Il-Malta Community Chest Fund Foundation temmen li għandha tkun proattiva u mhux reattiva. Għalhekk, il-Fondazzjoni torganizza konferenzi, seminars u lekċers pubbliċi sabiex jiżdied l-għarfien fuq prevenzjoni, żviluppi ġodda u ħajja b’saħħitha u dinjituża għal kulħadd.

L-GĦANIJIET TAGĦNA

L-għan tal-Malta Community Chest Fund Foundation huwa li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ individwi u s-soċjetà in ġenerali, mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ klassi soċjali, ġeneru, età, abbiltà, saħħa, status jew reliġjon.
Dan isir billi nassiguraw li l-fondi miġbura waqt attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet, legati u għotjiet finanzjarji jiġu mqassma b’mod effettiv u trasparenti.

L-OBJETTIVI TAL-MCCFF

Biex ittejjeb is-sapport u l-kontribut minn kwalunkwe sors jew settur, għal ġustizzja soċjali, demokrazija u żvilupp sostenibbli
Biex issaħħaħ is-solidarjetà permezz tal-iżvilupp tas-soċjetà ċivili
Biex tkattar is-solidarjetà permezz tal-intrapriżi soċjali
Biex tavvanza l-edukazzjoni u d-dinjità ta’ tfal żvantaġġati, b’mod speċjali dawk li huma, jew li kienu, f’sistemi ta’ kura
Biex tippromwovi l-kollaborazzjoni lokali u internazzjonali fir-riċerka u l-għajnuna b’konformità mal-għanijiet u l-objettivi tal-fondazzjoni.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.mccff.org.mt