National Cancer Platform Association

Il-Platform twaqqfet fl-4 ta’ Frar, 2015. Bħalissa qed tiġi rreġistrata bħala Assoċjazzjoni.

L-Għan u l-istqarrija tal-missjoni:
In-National Cancer Platform Association tiġbor flimkien l-organizzazzjonijiet kollha Maltin mhux governattivi li qed jaħdmu fil-qasam tal-kanċer sabiex jikkollaboraw flimkien sabiex jiġi assigurat servizz ħolistiku, ikkoordinat u sostenibbli għall-pazjenti kollha tal-kanċer u l-għeżież tagħhom.
Kull organizzazzjoni tibqa’ awtonoma, iżżomm l-identità tagħha u l-mod ta’ kif taħdem, filwaqt li tipprovdi informazzjoni komprensiva u sapport lill-membri tagħha.
Permezz tal-Platform, membri ta’ organizzazzjonijiet li joffru sapport lil persuni milquta mill-kanċer u l-familji tagħhom, isiru midħla tax-xogħol li jwettqu organizzazzjonijiet oħra li joffru servizzi simili jew kumplimentari. Il-Platform jiffaċilita l-bdil ta’ informazzjoni għall-benefiċċju ta’ kull min juża s-servizzi.

Membri:
Action For Breast Cancer Foundation
Alive Charity Foundation
Aurora Support Service
Europa Donna
Hospice Malta
Karl Vella Foundation
Lumiere Support Group
Malta Community Chest Fund Foundation
Malta Colorectal Cancer Awareness Group
Malta Health Network
Malta Male Cancer Awareness
Malta Ostomy Association
Passi & Beyond
Puttinu Cares
Survivors Malta

Membri assoċjati:
Dr.Klown

Fit-3 ta’ Frar 2016, il-Platform fetħet uffiċjalment uffiċċju fiċ-ċentru tal-Onkoloġija ta’ Sir Anthony Mamo, li joffri l-kunċett ta’ ‘one stop shop’ għall-NGOs kollha. Permezz ta’ dan l-uffiċċju, aħna nidderieġu pazjenti lill-NGO li tkun tista’ taqdi l-bżonnijiet tagħhom l-aħjar f’dak l-istadju partikolari tal-marda tal-kanċer. Nagħmlu wkoll visti lil pazjenti fis-swali tal-isptar kuljum.

Indirizz:
National Cancer Platform Association
Sir Anthony Mamo Oncology Center
Level -1
Clinical Support Services
Mater Dei
San Gwann, Malta

Kuntatt:
Marika Fleri – Coordinator
Ryan Dalli – Assistant Coordinator

Freephone din is-sena li jkun disponibbli sebat ijiem fil-ġimgħa – 80072388
Website: www.nationalcancerplatform.org.mt
Facebook Page : https://www.facebook.com/NCPMalta/