The Foundation for Educational Services (FES) is a public entity within the Ministry for Education and Employment. It works concurrently with the Education Directorates to provide a range of innovative, non formal, educational initiatives that meet the needs of the community. One of the services offered is the Klabb 3-16 service, which caters for after school activities.
The Karl Vella Foundation was established to provide educational and psychological support to children in families disrupted by serious illness or loss of a family member. The Karl Vella Foundation is seeking to address the issues experienced by children in these circumstances by creating a welcoming environment for them at the centre in Attard.
The collaboration of FES with KVF will be to give support to KVF in providing the services to their clients. To this aim, an MOU will be signed about this collaboration.
Punti (5 minuti allokati)
- Nibda billi nirringrazzjakom għal din l-istedina, u nsellem lill-Onor. Ministru Bartolo li għoġbu wkoll jingħaqad magħna għal din l-okkażjoni mhux biss importanti iżda wkoll waħda li tmiss il-qlub.
- Għalkemm dan huwa suġġett li jien u marti, Miriam, niltaqgħu miegħu ta’spiss fil-qadi ta’dmirijietna, ma jonqos qatt milli jnissel emozzjonijiet qawwija. Dan għaliex qed nitkellmu dwar sitwazzjonijiet diffiċli ta’ mard, u l-effetti tiegħu fuq il-familji tagħna, speċjalment it-tfal. Ir-riżultat ta’ dan, ħafna drabi huwa li t-tfal iħossuhom imwarrbin, mitlufa u waħidhom.
- Sikwit ngħid illi sitwazzjoni ta’ mard gravi, mhux biss il-pazjent li jkun jeħtieġlu kura u attenzjoni, iżda dawk kollha li jgħixu fid-dar miegħu, il-familjari u l-ħbieb. F’ dawn iċ- ċirkustanzi is-sens ta’ ansjeta’, biża u skonfort diffiċli jintgħelbu fl-adulti, aħseb u ara fit-tfal.
- Dawn m’humiex sitwazzjonijiet li wieħed isolvi faċilment, u ma hemmx soluzzjoni waħda li tgħodd għal kull każ. Iżda nħoss li llum, permezz ta’ dak li ġie miftiehem bejn il-Foundation for Educational Services u l-Karl Vella Foundation, qed nagħmlu pass sinifikanti ‘l quddiem biex intejbu l-ħajja ta’ dawn iċ-ċkejknin.
- Il-wens li jistgħu jsibu dawn it-tfal permezz ta’ dan l-MOU li ser jiġi ffirmat huwa mprezzabbli, mhux biss billi jsibu appoġġ konkret f’ambjent adegwat fiċ-Ċentru Karl Vella Foundation, l’bogħod mill-isptarijiet u tobba, fejn jistgħu jagħmlu x-xogħol ta’ wara l-iskola, jilgħabu xi ftit u forsi wkoll jiftħu qalbhom ma’ min jista’ jtihom il-faraġ li jkollhom bżonn.
- Inrodd ħajr lill-FES, u lill-Ministru Bartolo li għarfu l-impatt li jista’ jkollu proġett bħal dan. L-istess tifħir imur għall-Karl Vella Foundation u l-voluntiera kollha, għax xogħol imprezzabbli u l-ġid li tagħmel mat-tfal direttament u l-ġenituri tagħhom b’mod indirett.
- B’dak li qed tagħmlu, qegħdin troddu ħajr lill-min ispira lill-ħafna permezz tat-tbatija tiegħu, is-Sur Karl Vella, li nsellem lill-memorja tiegħu minn hawn. Iżda qegħdin ukoll tmissu il-ħajja ta’ bosta li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli.
- Ta’ dan, jien u Miriam nirringrazzjawkom mill-qalb.