The President of Malta

L-Ambaxxatur tal-Istat tal-Qatar, Rashid Abdulla O.SH. Al-Dehaimi, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

L-Ambaxxatur tal-Istat tal-Qatar, Rashid Abdulla O. Sh. Al-Dehaimi, ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Il-President Vella laqa’ r-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Qatar, li komplew jissaħħu permezz taż-Żjara Statali tiegħu, u l-laqgħa mal-Emir l-A.T. Sheikh Al-Thani f’Ġunju tal-2022. Huwa nnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar snin kien hemm żieda fil-kuntatti ta’ livell għoli u skambji ta’ investiment. Minn perspettiva usa’, il-President Vella sostna li Malta tkompli tappoġġa u tippromwovi b’mod attiv rabtiet aktar sodi bejn l-UE u l-Qatar, kif ukoll bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf. Il-President irrefera għall-kooperazzjoni dwar l-enerġija, il-klima u d-diġitalizzazzjoni bħala setturi li fihom tista’ tinkiseb aktar kooperazzjoni, f’konformità mal-Viżjoni Nazzjonali 2030 tal-Qatar u l-Aġenda Globali 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

L-Ambaxxatur Al-Dehaimi ta ħarsa ġenerali lejn il-pjanijiet tiegħu biex jintensifika r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Qatar, b’mod speċjali permezz tal-konklużjoni ta’ ftehimiet u memorandi f’oqsma differenti ta’ kooperazzjoni. B’mod partikolari fir-rigward tas-settur tal-edukazzjoni, l-Ambaxxatur irrefera għall-interess li jissaħħu l-kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u l-Università tal-Qatar li ser jinkludu wkoll skambji tal-istudenti. L-iskambji ta’ investiment u negozju ġew identifikati wkoll bħala prijorità għall-mandat tiegħu u l-Ambaxxatur Al-Dehaimi qiegħed jippjana li jorganizza laqgħat bejn il-Kmamar taż-żewġ oqsma fix-xhur li ġejjin.

Credentials (OPR) – Ambassador of the State of Qatar Grandmaster’s Palace, Valletta
Credentials (OPR) – Ambassador of the State of Qatar Grandmaster’s Palace, Valletta
Credentials (OPR) – Ambassador of the State of Qatar Grandmaster’s Palace, Valletta
Skip to content