The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Messaġġ tal-President ta’ Malta lill-poplu

Minkejja l-botti u r-risposti fid-diskorsi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, għandu jiġi nnotat, illi t-tnejn li huma għandhom fil komuni (a common thread) f’dawn id-diskorsi.
Fid-diskorsi tagħhom, il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni ħeġġew lis-segwaċi biex fil-ġranet li ġejjin, ma jaqgħux għal provokazzjoni.

Kull ċittadin huwa liberu li jaġixxi fil-parametri tad-drittijiet mogħtija lilu mill-Kostituzzjoni. Iżda, is-sens komun u l-galbu jgħidulek illi biex ma taqax għall-provokazzjoni, il-provokazzjoni m’għandekx tfittixha jew agħar, tagħmel jew tirrendi lilek innifsek aġent tagħha.


Għalkemm għandi fiduċja sħiħa fil-kapaċità tal-forzi taż-żamma tal-ordni, l-għaqal jiddetta illi ħadd m’għandu b’xi mod jikkontribwixxi biex titkisser in-normalità tal-ħajja b’sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw.


Ikun fl-interess ta’ kulħadd li l-forzi taż-żamma tal-ordni ma jkunux iffaċjati minn sitwazzjonijiet ’il barra min-normalità tax-xogħol tagħhom minn ġurnata għall-oħra.


Nerġa’ ntenni l-appell li diġà għamilt xi ġranet ilu illi l-proċessi ġudizzjarji jitħallew jimxu b’mod seren. Il-liġijiet tagħna jiggarantixxu u jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ min ikun qiegħed jiġi proċessat. Oltre dan, il-ġudikanti tagħna, tul iż-żmien, apparti l-għarfien profond tal-liġijiet li jħaddmu, taw prova tal-lealtà u r-rispett lejn il-liġijiet ta’ pajjiżna u urew li kapaċi jkunu imparzjali.
Pajjiżna huwa l-kollettività taċ-ċittadini lkoll flimkien. Ma għandna nagħmlu xejn li jissarraf fi ħsara għal oħrajn, jew għad-dirittura għall-poplu kollu.


Id-diriġenti taż-żewġ partiti l-kbar, it-tnejn li huma, qegħdin ukoll iħeġġu lill-poplu sabiex fl-elezzjonijiet li
ġejjin, dik tal-Kunsilli Lokali u dik tal-Parlament Ewropew, imorru jivvutaw.


Id-demokrazija tibda mill-vot ta’ kull ċittadin. Is-saltna tal-poplu timmanifesta ruħha b’mod konkret flelezzjonijiet. Iċ-ċittadin, dan id-dritt bażiku u sagrosant m’għandux jarmih. Jekk jagħmel hekk, ikun qed
jiddeċiedi għalih ħaddieħor

Skip to content