Fittex

Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President iħabbar konferenza dwar l-għaqda nazzjonali

L-Uffiċċju tal-President se jorganizza Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali bl-involviment dirett tal- pubbliku bil-għan li tiġi xprunata diskussjoni matura dwar is-suġġett.

Dettalji dwar il-konferenza, li se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2021 fid-9.30am fil-Palazz Verdala, tahom il-President ta’ Malta, George Vella, waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Huwa rrimarka li permezz ta’ din l-inizjattiva, se jkun qed ikompli jwettaq dak li wiegħed dakinhar tal-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Istat: li jagħti importanza assoluta u li jaħdem bis-sħiħ biex f’pajjiżna tissaħħaħ l-għaqda nazzjonali. Dakinhar kien irrimarka li din l-għaqda ma tiġix biss bix-xewqa iżda rridu naħdmu għaliha.

Filwaqt li għamel ċara x-xewqa tiegħu li din il-konferenza tinżamm ’il bogħod mill-politika partiġġana, il-President qal li jieħu gost jisma’ diversi esponenti politiċi jlissnu kliem favur l-għaqda, għax b’hekk il-poplu qed jiġi mfakkar, imqar jekk b’mod passiv, dwar l-importanza ta’ dan il-kunċett. Dan, però, mhux biżżejjed.

Huwa tkellem dwar il-bżonn ta’ diskussjoni mifruxa li tagħti widen għal dak li verament qed iħoss il- poplu, bl-ispazju kollu liċ-ċittadin u għal analiżi minn min hu miftum mid-dimensjoni politika, li kultant toħnoq jew titfi bdil ta’ ħsibijiet ta’ natura ħafna usa’. Irrimarka li l-pandemija swiet bħala pawża ta’ riflessjoni dwar fejn qegħdin bħala pajjiż u bħala poplu filwaqt li nisslet ċerta għaqda bejnietna. Madanakollu, huwa importanti li ma ninsewx kollox la niġu lura għan-normal.

Il-President ħabbar li, għal din il-konferenza, sab il-koperazzjoni ta’ personalitajiet li jmissu mad- diversi xejriet tal-ħajja u li huma determinati daqsu li joħroġ il-ġid minn din l-inizjattiva. Dawn huma l-Prof. Carmen Sammut, il-Prof. Simone Borg, il-Prof. Andrew Azzopardi, il-Perit David Xuereb, is- Sur Mario Fava, is-Sur Reno Bugeja u s-Sur Aleks Farrugia.

Dawk li jixtiequ jirriservaw post fil-Palazz Verdala jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu d-dettalji tagħhom fuq konferenzanazzjonali@gov.mt. Il-postijiet huma limitati minħabba r-restrizzjonijiet fis- seħħ biex tiġi kkontrollata l-pandemija tal-COVID-19. Madanakollu, sabiex il-parteċipazzjoni tkun miftuħa għal numru kemm jista’ jkun mifrux ta’ nies, il-konferenza se tixxandar ukoll dirett fuq il- paġna tal-President fuq il-Facebook, bil-pubbliku jkollu l-possibbiltà li jgħid tiegħu onlajn.

 

Tista’ taċċessa l-pubblikazzjoni dwar il-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali li seħħet nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2021 hawnhekk

 

Ir-ritratti t’hawn taħt ġew meħuda waqt il-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali is-Sibt 27 ta’ Frar 2021

NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
NUC
Skip to content