Fittex

Palazz ta’ Sant’Anton

Il-villa ġiet ippjanata fuq proporzjonijiet kbar hekk li kienet tipprovdi akkomodazzjoni għal għadd ta’ mistednin, apparti mill-impjegati domestiċi inklużi koki, lavranti, ben gustaj, dawk li jġorru t-torċi, dawk li jagħmlu l-parrokki, arloġġar, tobba, kif ukoll furnar impjegat apposta biex jaħmi l-ħobż tal-maħlut għall-klieb tal-kaċċa! Minkejja dan, de Paule, wara li ġie elett Gran Mastru, iddeċieda li ma jibnix xini bi tliet saffi ta’ mqadef u minflok ikabbar il-villa għal Palazz li semmieh ‘Sant Anton’ wara l-patrun qaddis tiegħu, Sant’ Antnin ta’ Padova.

Fattur li jolqtok fix-xogħlijiet addizzjonali kien it-torri li ġab taħtu veduta mill-isbaħ tal-kampanja ta’ madwaru. Il-forma kwadra tiegħu tnaqqset bi gwarniċa, parapett bil-balavostri u miżieb bl-iskultura fuq kull kantuniera. Iż-żewġ sulari ta’ fuq twaqqgħu wara li ġarrbu ħsara kbira bis-sajjetti.

Skip to content