Fittex

Restawr

 

RESTAWR ESTENSIV FIL-PALAZZ TA’ SANT’ ANTON | KMAMAR STATALI ĠODDA

Il-Palazz ta’ Sant’ Anton għadda, u għadu għaddej minn restawr estensiv f’żoni differenti. Dan sabiex, fi kliem l-President ta’ Malta, “il-Palazz ta’ Sant’Anton, jerġa jiġi għall-istat li kien oriġinarjament fih biex jitgawda mill-Maltin u mill-Għawdxin”.

Ir-restawr beda kmieni fl-2015  meta ġew irrestawrati għadd ta’ kmamar mad-dawra tal-ġnien privat fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Dawn il-kmamar illum jospitaw l-uffiċini tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà. Fl-istess waqt inbeda l-proċess biex kmamar li fil-passat kienu jintużaw bħala ‘store-rooms’ jiġu mbattla kompletament sabiex jiġu trasformati u jsiru multi-purpose halls. Kien waqt dan il-proċess li ġew skoperti għadd ta’ arkati fl-istess parti tal-Palazz, li għadhom kemm ġew rrestawrati, wara li twaqqa’ saqaf li kien qiegħed jifridhom mill-kumplament tal-post fejn kien hemm l-istore-rooms.

Saru ukoll xogħlijiet fil-kċina prinċipali tal-Palazz fejn ġew installati cold-rooms, filwaqt li ġew restawrati għadd ta’ arkati.

 

Skip to content