The President of Malta

Search
Close this search box.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta jgħarraf li:

Wara li saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, fl-20 ta’ Diċembru 2022, biex isiru espressjonijiet ta’ interess għall-ħatra ta’ erba’ Maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta, minn persuni eliġibbli għal dawn il-karigi;

Wara li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, imwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 96(A) tal-Kostituzzjoni, irċieva u għarbel b’kollox sitta u għoxrin (26) espressjoni ta’ interess minn persuni eliġibbli;

Wara li l-istess Kumitat, iggwidat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 96(B) tal-Kostituzzjoni, u bir-regoli u l-linji gwida approvati mill-istess Kumitat, għamel l-evalwazzjoni tiegħu tal-kandidati kollha;

U wara li l-Kumitat kollettivament iddelibera dwar ir-rakkomandazzjonijiet li huwa tenut jagħmel lill-President skont l-Artikolu 96(A) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;

Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar 2023, is-Sur Frankie Mercieca, Segretarju tal-Kumitat, ippreżentali r-rapport dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati bħala idonei għall-ħatra ta’ Maġistrat tal-Qorti Inferjuri, mill-Kumitat, fejn hemm evalwazzjoni dettaljata ta’ kull kandidat li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli;

Il-President jgħarraf ukoll illi:

Billi skont il-Kostituzzjoni, l-Artikolu 100, il-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri għandhom jiġu maħtura mill-President, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura; għalhekk, fuq il-fehma unanima tal-Membri tal-imsemmi Kumitat, u fuq indikazzjoni ċara ta’ min fl-opinjoni tal-Kumitat kienu dawk li l-aktar għandhom mertu u illi huma l-aktar idonei għall-kariga ta’ Maġistrat fil-Qrati Inferjuri;

Il-President għandu pjaċir jaħtar, f’ordni alfabetika, lis-segwenti persuni sabiex iservu ta’ Maġistrati tal-Qrati Inferjuri:

Dott. Azzopardi Kevan;

Dott. Camilleri Busuttil Gianella;

Dott. Critien Abigail;

Dott. Gatt Joseph.

Il-President, skont l-Artikolu 96A(6)(d) huwa mistenni wkoll li jippubblika l-ismijiet tal-Kandidati kollha mgħoddija mill-Kumitat lill-President li fl-opinjoni tal-Kumitat ġew ikkunsidrati li kienu huma wkoll idonei u meritevoli u li għandhom l-attribwiti neċessarji biex jokkupaw il-kariga ta’ Maġistrati fil-Qrati Inferjuri Maltin;

Dawn il-persuni, f’ordni alfabetika kienu s-segwenti:

Dott. Azzopardi Kevan;

Dott. Camilleri Busuttil Gianella;

Dott. Critien Abigail;

Dott. Debono Illona;

Dott. Debono Marouska;

Dott. Gatt Joseph;

Dott. Grech Jean Paul;

Dott. Karlsson Maria;

Dott. Quintano Elizabeth;

Dott. Thake Ann Marie;

Dott. Vella Nadia Helena;

Dott. Zammit Claudio.

Il-President jifraħ lill-Ġudikanti ġodda u jirringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.

Skip to content