Background note on Action for Breast Cancer, Screening of Documentary Know the Signs, 2 October 2019.

The Action for Breast Cancer Foundation is a voluntary organisation (VO/0058) that campaigns for breast awareness and a quality assured service in the diagnosis and treatment of breast cancer in Malta and Gozo. Helen Muscat and Esther Sant set up the foundation in March 2007 after they personally experienced the lack of services offered to persons diagnosed with breast cancer. At the time, there was no information that was tailored to the needs of newly diagnosed patients. There was no guidance on where to find adequate brassieres and prosthetics for patients undergoing mastectomy and few support services. So, Helen and Esther set out to create a one-stop-shop at the hospital breast clinic. Today, the foundation offers each person diagnosed with breast cancer a folder in which to keep all the relevant information they may need, a free brassiere to those who have undergone a mastectomy and free psychological services. Following extensive lobbying, the government now offers free prosthesis to mastectomy patients.

Diskors tal-ET George Vella, President ta’ Malta waqt id-dokumentarju Know the Signs mill-Action for Breast Cancer Foundation, 2 ta’ Ottubru 2019.  

  • Grazzi Sa Esther Sant u t-team tal-Breast Cancer Foundation għal din l-inizjattiva ferm importanti Know the Signs. Naqbel mal-iskop aħħari ta’ dan id-dokumentarju u nemmen li aktar ma nqajjmu kuxjenza u nedukaw lill-poplu, aktar nies jiġu konxji u jagħrfu minn kmieni s-sinjali ta’ din il-marda.
  • Ħafna drabi nassoċjaw il-mard tal-kankru tas-sider mas-sess femminili u ninsew li din hija marda li tolqot lill-irġiel ukoll. Nemmen li dan id-dokumentarju ħa jqajjem kunxejnza akbar fuq din il-marda u fuq kollox, jimbotta ’l quddiem politika ta’ għarfien u prevenzjoni.
  • Ix-xogħol tal-Fondazzjoni huwa strumentali biex aktar nies jiġu konxji ta’ kif iħarsu saħħithom u jagħrfu dawk is-sintomi li jindikaw li xi ħaġa mhux taħdem kif suppost. Li wieħed jinduna minn kmieni huwa importanti ħafna u f’ħafna mill-każijiet jiddetermina kemm il-kura ser tħalli effett posittiv.
  • Bi pjaċir nosserva li dan id-dokumentarju ser jiġi muri f’bosta postijiet tax-xogħol. Nħeġġeġ lil min iħaddem biex jieħu din l-opportunità u jipprovdi lill-ħaddiema b’aktar għarfien u mezzi biex ikun hemm screening kmieni u kontinwu.
  • Nissuġġerixxi wkoll biex il-Kunsilli Lokali u għaqdiet oħra li jaħdmu fil-Komunità jieħdu interess f’dan id-dokumentarju u jipprovdu spazju fejn jintwera dan id-dokumentarju. Diskussjoni miftuħa dwar il-kankru tgħin biex titkisser l-istigma u toħloq ambjent aktar inklussiv għal min ikun għaddej minn dawn l-isfidi.
  • Grazzi mill-ġdid ta’ dan id-dokumentarju u l-ħidma tagħkom matul is-snin