The President of Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta jifraħ lil Dr Roberta Metsola għall-kisba notevoli tagħha hekk kif ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew.

Il-President George Vella qal li ser jirnexxilha taqdi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kbar li ġġorr din il-kariga.

Din hija wkoll kisba importanti ħafna għal pajjiżna, li għal darba oħra ta prova li jekk ningħaqdu flimkien, id-daqs u l-pożizzjoni ġeografika tagħna mhux se jxekklu viżjoni u impenn sod.

Il-President awgura kull suċċess lill-President Maltija tal-Parlament Ewropew.

Skip to content