The President of Malta

Il-President George Vella jirċievi telefonata mill-President Recep Tayyip Erdogan

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Aktar kmieni dalgħodu, il-President George Vella rċieva telefonata mill-President Recep Tayyip Erdogan fejn enfasizza l-apprezzament mill-qalb għall-assistenza tanġibbli pprovduta mill-awtoritajiet Maltin, l-NGOs, u l-poplu Malti.

Il-President Vella wassal il-kondoljanzi u l-appoġġ tiegħu lill-poplu tat-Turkija wara t-terremot devastanti li ħasad ’il fuq minn 46,000 ħajja fit-Turkija u s-Sirja. Il-President Erdogan qal li s-solidarjetà li wriet Malta qawwiet ir-reżiljenza tal-pajjiż u misset qalb il-poplu Tork.

Skip to content