L-Uffiċċju tal-President jixtieq jinforma li lbieraħ filgħaxija s-Sinjura Miriam Vella, mart il-President tar-Repubblika, iddaħħlet l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni, dan wara li żviluppat sintomi ta’ pneumonia. L-Uffiċċju tal-President ser ikompli jżomm lill-pubbliku infurmat bl-aħħar żviluppi.