The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President jinawgura struttura ġdida f’The President’s Kitchen Garden bil-għan li jiżdied id-dħul għall-Community Chest Fund

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President ta’ Malta George Vella inawgura struttura ġdida li nbniet f’The President’s Kitchen Garden, stabbiliment tal ikel b’risq il-Community Chest Fund li jinsab f’ġonna li jappartjenu għallPalazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard, u li fihom ilhom is-sekli jitkabbru l-ħaxix u l-ħxejjex biex jiġi fornut il-palazz.

L-għan ta’ dan l-investiment, li sar b’inizjattiva tal-President innifsu u tas-Sinjura Vella u li tejjeb sostanzjalment l-ambjent tal-post, hu li r-restorant isir aktar attraenti biex, fl-aħħar mill-aħħar, jiżdied id-dħul għall-Community Chest Fund. Il-President fakkar li, minħabba l-Covid-19, intlaqtu ħażin diversi attivitajiet li minnhom kienu jinġabru ħafna donazzjonijiet għall-fondazzjoni. Barra minnhekk, diversi individwi u kumpaniji li kienu benefatturi regolari u li ġew affettwati negattivament kellhom inaqqsu jew iwaqqfu l-għotjiet tagħhom. Sadanittant, in-nefqa tal-Community Chest Fund qed tkompli tikber bil-kbir, prinċipalment minħabba l-prezzijiet dejjem jogħlew tal-mediċini talonkoloġija.

Il-President irringrazzja lill-ħaddiema kollha li kienu involuti f’dan il-proġett u ħabbar li hemm pjanijiet biex anke partijiet oħrajn tal-Kitchen Garden jiġu mtejbin fil-futur.

Skip to content