The President of Malta

Search
Close this search box.

Żjara statali tal-President fil-Kroazja

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT


Il-President ta’ Malta George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella, se jibda żjara statali fil-Kroazja bejn is-26 u d-29 ta’ Ottubru wara stedina mill-President Kroat, Zoran Milanovic.

Minbarra laqgħa mal-President Milanovic, l-impenji uffiċjali tal-President ta’ Malta se jinkludu wkoll laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru Andrej Plenković u mal-President tal-Parlament Gordan Jandroković, kif ukoll ċerimonji uffiċjali.

Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta se tkun tinkludi, fost l-oħrajn, lill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Kroazja John Spiteri.

Sakemm il-President ikun il-Kroazja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Skip to content