The President of Malta

Search
Close this search box.

“Għandna nkunu grati lejn pajjiżna, fl-istess waqt li nkunu kommessi biex nilħqu l-eċċellenza fis-settur” – Il-President waqt li żar il-Borża ta’ Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Waqt l-ewwel żjara tiegħu fil-Borża ta’ Malta, il-President ta’ Malta George Vella fisser ix-xogħol li jsir bħala wieħed ferm delikat u li kontinwament taħt skrutinju.

Il-President qal li dan il-post “jirrifletti l-istat ekonomiku tal-pajjiż, fis-sens li kumpaniji li jiġu attirati huwa għaliex ikun hawn il-fiduċja, kumpaniji li jibqgħu għax ikollhom servizz tajjeb u anke joffru l-opportunità għal min irid jinvesti.”

Huwa esprima apprezzament lejn il-kontribut ta’ kull ħaddiem fi ħdan il-Borża ta’ Malta. Hawnhekk fisser kif filwaqt li għandna nkunu grati lejn dak kollu li tana pajjiżna, għandna wkoll inkunu kommessi biex tintlaħaq l-eċċellenza f’dan is-settur.

Il-President żied jitkellem dwar l-importanza tal-effiċjenza, il-bżonn ta’ żvilupp professjonali kontinwu, u kwalitajiet oħrajn biex ikompli jiġu attirati aktar investituri lejn pajjiżna. Huwa temm billi awgura aktar suċċessi f’dan il-qasam.

Skip to content