The President of Malta

Żjara Statali tal-President tal-Irlanda f’Malta

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President tal-Irlanda Michael D. Higgins nhar l-Erbgħa se jibda Żjara Statali ta’ tlett ijiem f’Malta. 

Matulha l-President tal-Irlanda, li se jkun akkumpanjat minn martu Sabina, se jkollu taħditiet mal-President ta’ Malta George Vella. 

Il-President tal-Irlanda mistenni jkollu wkoll laqgħat mal-Prim Ministru Robert Abela, mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. 

Huwa mistenni jżur ukoll diversi postijiet storiċi u kulturali f’Malta.

Skip to content