The President of Malta

Il-President jerġa’ jiltaqa’ mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mill-ġdid ma’ rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) fil-Palazz ta’ Sant’Anton. L-ewwel laqgħa saret fis-27 ta’ April li għadda, u l-ħsieb hu li dan il-kuntatt jibqa’ jinżamm b’mod regolari. Fil-laqgħa ġew diskussi temi marbutin mas-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna, fosthom it-tisħiħ tal-professjoni tal-ġurnalisti, il-libertà tal-espressjoni ħielsa, Read more…

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Fid-dawl ta’ kummenti li qed jidhru fil-midja, l-Uffiċċju tal-President jixtieq ifakkar il-ħidma li wettaq u qed iwettaq il-President ta’ Malta George Vella b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal- Bord tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, kif ukoll fl-ambitu ta’ riformi li kienu diġà nbdew. Fi stqarrija uffiċjali ppubblikata b’reazzjoni għar-Rapport tal-Inkjesta Read more…

Isir il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2021 fil-Palazz Verdala b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

Ġiet organizzata l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu fil-Palazz Verdala bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Dan l-avveniment annwali tradizzjonali sar f’verżjoni ridotta u b’konformità sħiħa mal-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-COVID-19. Għalkemm sar mingħajr żfin, kull min attenda gawda minn serata Read more…

Il-President f’ċerimonja fl-okkażjoni tad-79 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija

Fl-okkażjoni tad-79 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija, il-Ġimgħa filgħaxija fil-Port il-Kbir tfakkru dawk li tilfu ħajjithom fil-baħar fi sforz biex tiġi salvata Malta waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Iċ-ċerimonja ta’ tfigħ ta’ kuruni tal-fjuri fil-baħar saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, George Vella, u ġiet organizzata mill-fergħa Maltija tar-Royal Navy Association Read more…

Il-President iżur Palazzo Falson fl-Imdina

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sra Vella żaru Palazzo Falson, waħda mill-aktar djar antiki fl-Imdina, illum mibdula f’mużew immexxi mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti. Huma ntlaqgħu, iddawru mal-post, u tlaqqgħu mal-istaff, mal-apprentisti, u mal-voluntieri mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Michael Lowell, u mill-Kuratur tal-post, Caroline Tonna. Fi tmiem iż-żjara, il-President ikkummenta li wieħed Read more…

Il-President jappella għal djalogi rispettużi u infurmati fuq it-temi li l-aktar li jolqtu lir-residenti tal-lokalitajiet

Il-President ta’ Malta George Vella esprima x-xewqa tiegħu li jkun hawn djalogi rispettużi u infurmati fuq it-temi li l-aktar li jolqtu lir-residenti tal-bliet u l-irħula. Dawn id-djalogi għandhom iseħħu b’mod ċivilizzat, lil hinn mill-konvinzjonijiet politiċi tas-sindki u l-kunsilliera, dejjem bl-għan aħħari li tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja għal kulħadd, Malti u Read more…

Mart il-President tqassam ċertifikati tal-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni li saret fl-iskejjel għall-karus ta’ L-Istrina

F’attività l-Ħamis filgħaxija, is-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta, tat rikonoxximent lill-istudenti kollha li taw sehemhom fid-disinni ta’ fuq il-karusijiet għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign. Għat-tieni sena konsekuttiva, il-karus tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign ser ikun magħmul mill-kartun riċiklabbli u minn tpinġijiet li pinġew Read more…

Skip to content