The President of Malta

Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf

Il-President Vella ddiskuta s-sitwazzjoni reċenti fir-reġjun tal-Golf ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-President fakkar li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-GCC bħalissa qed jissawru fil-qafas ta’ Memorandum ta’ Qbil li jinkludi wkoll pjan ta’ azzjoni li ġie ffirmat f’Jannar 2017. Saħaq dwar Read more…

Iċċelebrat Jum Għawdex 2021

Il-Ħamis filgħaxija, fir-Rabat Għawdex, saret ċelebrazzjoni kommemorattiva fil-Katidral u fi Pjazza Indipendenza b’tifkira ta’ Jum Għawdex. Għal din l-okkażjoni, attendiet l-Aġent President Dolores Cristina. Wara l-Pontifikal Solenni fil-Katidral, sar it-tqegħid ta’ kuruni tal-fjuri mal-mafkar tal-Arċipriet Saverio Cassar. Bħala parti miċ-ċerimonja ta’ Jum Għawdex, ta’ kull sena jingħata wkoll Ġieħ Għawdex, Read more…

Traduzzjoni tal-Istqarrija Uffiċjali. Il-President f’taħditiet mal-Prim Ministru Kroat u l-Ispeaker tal-Parlament

Fit-tieni ġurnata taż-Żjara Statali tiegħu fir-Repubblika tal-Kroazja, il-President ta’ Malta George Vella skambja fehmiet mal-Prim Ministru Kroat Andrej Plenković. Il-kwistjonijiet indirizzati waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru Kroat kienu jinkludu aspetti tad-dimensjoni Mediterranja taż-żewġ pajjiżi u l-interess komuni tagħhom fit-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni. Qasmu informazzjoni dwar il-proċess ta’ għajnuna u rkupru relatat Read more…

Il-President jibda żjara statali fil-Kroazja

Il-President ta’ Malta George Vella kellu taħdidiet mal-President Kroat Zoran Milanović f’Zagreb, hekk kif beda l-impenji uffiċjali tiegħu bħala parti minn żjara statali lir-Repubblika tal-Kroazja. Iż-żjara statali qiegħda ssir wara stedina mill-President Milanović. Fl-indirizz tiegħu waqt konferenza stampa konġunta fi tmiem laqgħa kordjali ħafna, il-President Vella qal li, matul is-snin, Read more…

President Portrait

Żjara statali tal-President fil-Kroazja

Il-President ta’ Malta George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella, se jibda żjara statali fil-Kroazja bejn is-26 u d-29 ta’ Ottubru wara stedina mill-President Kroat, Zoran Milanovic. Minbarra laqgħa mal-President Milanovic, l-impenji uffiċjali tal-President ta’ Malta se jinkludu wkoll laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru Andrej Plenković u mal-President tal-Parlament Gordan Jandroković, kif ukoll ċerimonji uffiċjali. Read more…

Titnieda t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run

Tnediet it-12-il edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run li se ssir nhar il-Ħadd 21 ta’ Novembru li ġej.  Preżenti għat-tnedija kien hemm is-Sinjura Miriam Vella, kif ukoll is-Sur Mark Cutajar, iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Fun Run u l-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta, il-President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, Mario Fava, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemed, Kevin Read more…

Diskors tal-E.T. il-President George Vella waqt it-tnedija ta’ The President’s Solidarity Fun Run 2021

Ċentru Sportiv tal-Kottonera Nibda billi nsellem lil kulħadd, l-ewwel nett, u nirringrazzja lil kull min tkellem qabli u ningħaqad mija fil-mija ma’ dak kollu li ntqal. Politika importanti ħafna li qed nipprova li nħalliha biex tiddeskrivi l-Presidenza hija x-xewqa tal-għaqda nazzjonali. Ix-xewqa li ningħaqdu flimkien u li nnaqqsu kemm nistgħu Read more…

Skip to content