The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella żaru għall-ewwel darba l-kampus tal-Università Queen Mary f’Għawdex. F’sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba mal-istudenti, li ffukat fuq il-mediċina u t-tmexxija, il-President qal lill-istudenti li l-mediċina u l-politika huma ta’ servizz għall-ħaddieħor. Tkellem dwar il-fiduċja li jridu jibnu bil-mod il-mod billi jkunu Read more…

Diskors ta’ għeluq mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt is-serata b’tislima lil Joe Borg, l-ewwel Sindku tal-Mellieħa, 20 ta’ Marzu 2022.

Onorevoli Ministru Bartolo, Onorevoli Robert Cutajar, Arnold Hoffmann – Bürgermeister Adenau Sinjuri, L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom u nixtieq nirringrazzja b’mod partikolari lill-Onorevoli Cutajar għax kien hu, kif qal, li stedinni biex inkun preżenti llejla għal din l-okkażjoni. U rrid ngħid li okkażjoni bħal din tispikka għaliex hija xi ħaġa li Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella waqt l-għoti tal-premju I.N.T – Irrid Nikber fit-Tjubija, 18 ta’ Marzu 2022

Il-lejla t-tajba, Irrid nibda billi niskuża ruħi magħkom għaliex ma nistax inkun personalment hemmhekk minħabba appuntamenti oħra. Però ħassejt li hekk kif qed tiċċelebraw l-inizjattiva u l-premju Irrid Nikber fit-Tjubija, ħassejt li għandi ningħaqad magħkom biex inwassal dan il-messaġġ qasir ta’ awguri, u anki ta’ riflessjoni. Wara ż-żminijiet diffiċli li Read more…

Il-President jiltaqa’ mar-residenti li qed isegwu l-Prison Inmates Programme ta’ Caritas Malta

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella ltaqgħu ma’ 11-il resident li bħalissa qed isegwu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas – il-Prison Inmates Programme – barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Uħud mir-residenti qasmu mal-President u mas-Sinjura Vella l-esperjenzi u d-diffikultajiet li affaċċjaw minħabba l-problema tad-droga, li kawża tagħha xellfu Read more…

“Il-paċi rridu nibżgħu għaliha” – Il-President ta’ Malta fid-diskors tal-għeluq tal-Forum Dinji għal Kultura ta’ Paċi Ġusta

Il-President George Vella qal li l-paċi mhix l-uniku kompitu tal-politiċi eletti u rridu nibżgħu għaliha. Din għandha l-għeruq u s-saħħa tagħha fix-xogħol ta’ kuljum tal-organizzazzjonijiet multilaterali, l-ambaxxaturi, l-akkademiċi, is-soċjetà ċivili, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet volontarji, l-istudenti u ż-żgħażagħ. Fid-diskors tal-għeluq tiegħu, il-President Vella stqarr li l-forum ta vuċi lil dawk li l-libertà, Read more…

Skip to content