The President of Malta

Diskors tal-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt il-gradwazzjoni, Caritas, 24 ta’ Ġunju 2022.

Eċċellenza Arċisqof, Ministri, Presidenti Emeriti, Sur Anthony Gatt, Direttur, Sinjuri, Għeżież residenti, Huwa dejjem ta’ pjaċir li nirċievi xi invit mid-Direttur tal-Caritas biex niġi nżur xi waħda mid-djar tagħkom. Sena wara l-oħra nħoss li dan l-appuntament sar importanti ħafna fil-kalendarju tiegħi. Fil-fatt, ninsab kuntent ħafna li qed niltaqa’ magħkom f’din Read more…

Diskors mill-E.T. Prof Frank Bezzina, Aġent President, waqt l-ikla biex tfakkar l-Imnarja u t-Tradizzjonijiet Kulinari tagħha, il-Palazz tal-Verdala, 25 ta’ Gunju 2022

ONOREVOLI ANTON REFALO [MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI] MISTIDNIN DISTINI SINJURI Hu ta’ gost u pjaċir tiegħi li nilqagħkom hawnhekk fil-Palazz Verdala, wieħed minn tlett palazzi fi ħdan l-Ufficcju tal-Presidenza. Lejn dan l-palazz resqu, mal-milja tas-snin, bosta vjaġġaturi u nies prominenti li waqfu wkoll biex jammiraw dan l-palazz, mistur Read more…

Punti għal diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, fl-okkażjoni tal-25 sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien kif ukoll l-inawgurazzjoni tal-binja tal-każin, Misraħ ir-Repubblika, Ħal Tarxien, 24 ta’ Ġunju 2022

Rispettabbli Sindku, Onorevoli Membri, Sur Kappillan, Grazzi ħafna, l-ewwel nett, tal-istedina biex niġu magħkom hawn illejla u napprezzaw kunċert verament sabiħ, u ngħid prosit lill-banda, lis-surmast, l-għażla tal-mużika li smajna u anki lill-kor, ovvjament bis-solisti b’kollox. Però ma rridx indum u rrid nagħmel ftit riflessjonijiet żgħar. Illum bdejna l-ġurnata, jiena Read more…

Il-President f’laqgħa uffiċjali mal-Emir tal-Qatar, Sheikh Tamim bin Hamad Al Thani

Fit-tieni jum taż-Żjara Statali tiegħu fil-Qatar, il-President George Vella kellu taħdidiet uffiċjali mal-Emir tal-Qatar, Sheikh Tamim bin Hamad Al Thani fil-Palazz Diwani f’Doha. Il-laqgħa bdiet b’konferma miż-żewġ naħat tal-impenn tagħhom li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Qatar. Iż-żewġ partijiet qablu li għad hemm potenzjal kbir li jista’ jiġi sfruttat, Read more…

President Portrait

Il-President George Vella jibda Żjara Statali fil-Qatar

Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta llejla għal Żjara Statali fil-Qatar. Matul iż-żjara, il-President se jkollu laqgħa mal-Emir tal-Qatar, Sheikh Tamim bin Hamad Al Thani. Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta tinkludi, fost oħrajn, lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Read more…

Il-President jiddeskrivi ċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni ta’ Caritas Malta bħala ċelebrazzjoni ta’ “sforz kollettiv”

Il-President George Vella qal li t-tnax-il persuna li temmew b’suċċess il-programm residenzjali terapewtiku ta’ Caritas Malta huma riflessjoni ta’ ħidma kollettiva biex illum għandhom tmun u kumpass aħjar biex jegħlbu l-isfidi li toffri l-ħajja. Il-President Vella tenna li l-problema ta’ dipendenza spiss tiżviluppa minħabba problemi oħra madwarha jew personali. “Għalhekk, Read more…

Chayenne Abela hija r-rebbieħa tal-Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2022

Chayenne Abela, studenta ta’ 14-il sena li tattendi l-iskola sekondarja tal-Ħamrun fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, hija r-rebbieħa tal-Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2022, organizzat mil-Laboratorju tal-Paċi. Chayenne Abela ta’ kuljum tagħti appoġġ lil Szintia Ladocki, li għandha problemi biex tikkomunika u tesprimi ruħha. Bl-għajnuna tagħha, Szintia tkun tista’ ssegwi u tipparteċipa Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella waqt l-Għotja tal-Midalja “Ġwanni XXIII għat-Tjubija – 2022”, 24 ta’ Ġunju 2022

President Emeritu, Reverendu Dionysius Mintoff Sinjorini Għalliema u Edukaturi Sinjuri Għal sena oħra qed niltaqgħu sabiex flimkien niċċelebraw it-tjubija fost it-tfal tagħna.  Nippremjaw ġesti żgħar, li għal min ikun qed jirċevihom ifissru d-dinja. Hekk juruna Chayenne u Szintia.  Ir-rabta ta’ bejnietkom, għeżież tfal, jew żgħażagħ pjuttost, tfakkarna kemm bl-empatija u Read more…

Diskors mill-E.T. President George Vella, Jum is-Servizz Pubbliku 2022, Palazz Sant’Anton, 23 ta’ Ġunju 2022

Segretarju Permanenti Ewlieni, Sur Sultana, Segretarji Permanenti, Bi pjaċir għal darb’oħra nilqagħkom fil-Palazz ta’ Sant’Anton, din id-darba biex infakkru l-Jum Dinji tas-Servizz Pubbliku. Nibda billi nilqa’ lilek, Sur Tony Sultana, bħala Segretarju Permanenti Ewlieni għall-ewwel darba f’dan il-format. Inrodd ħajr ukoll lilkom Segretarji Permanenti talli għoġobkom ukoll tingħaqdu magħna f’din Read more…

“Is-Servizz Ċivili qiegħed hemm għaċ-ċittadin u mhux il-kontra” – il-President

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Servizz Pubbliku, il-President ta’ Malta George Vella stqarr li nkunu qed inaqqsu ħafna mill-valur tas-Servizz Pubbliku jekk inħarsu lejh biss mil-lat lokali u ninsew “il-kontribut li dan jagħti għall-ġid tal-komunità internazzjonali”. Il-President irrimarka li n-Nazzjonijiet Magħquda għarfuh sew dan il-kunċett u llum il-ġurnata jorbtu s-Servizz Pubbliku mal-kisba Read more…

Skip to content