The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President u s-Sinjura Vella jżuru lill-pazjenti Maltin għall-kura f’Londra

Il-President u s-Sinjura Vella żaru lill-pazjenti Maltin fl-appartamenti tal-Fondazzjoni Puttinu Cares f’Sutton u fir-residenza tas-Sorijiet Franġiskani. F’kummenti fi tmiem iż-żjara, il-President spjega li l-għan taż-żjara kien li jagħmel kuraġġ lill-pazjenti Maltin li fil-preżent qed jingħataw il-kura fl-isptarijiet ta’ Londra u l-madwar. “Kull wieħed għandu l-istorja tiegħu, uħud minnhom ilhom hawn Read more…

President Portrait

L-Uffiċċju tal-President jagħmel rapport mal-Pulizija dwar rapport falz li qed jinxtered fuq l-internet

Fl-aħħar jiem, fuq l-internet beda jdur rapport falz imsejjaħ ‘SPECIAL REPORT: President Calls This Maltese Lucky “Economic Support Payment 2.0”’, li qed juża l-immaġini u jikkwota lill-President ta’ Malta George Vella b’mod mill-aktar qarrieq. L-Uffiċċju tal-President jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li dan ir-rapport huwa falz u li l-President Vella qatt ma Read more…

Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-atleti Maltin li se jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth

Lejlet iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham fir-Renju Unit, il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ltaqgħu mal-kontinġent Malti. F’messaġġ lill-atleti fl-Università ta’ Birmingham, fejn qed joqogħdu wħud mill-atleti Maltin, il-President Vella awguralhom kull suċċess, u faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom fid-dixxiplini rispettivi tagħhom. Il-President radd ħajr lill-managers u trainers tal-atleti Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, fil-Jum Nazzjonali tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, 21 ta’ Lulju 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Your Excellency Khaled Mohamed Sameh Anis, Ambassador for the Republic of Egypt to Malta Honourable Minister, Honourable Members of Parliament, Excellencies, Distinguished Guests, It is indeed a great pleasure to be here again with you today. I thank His Excellency Sameh Anis for this warm welcome and invitation to share with Read more…

Diskors tal-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt l-inawgurazzjoni tal-Monument b’tifkira Lest We Forget (COVID), Tas-Sliema, 16 ta’ Lulju 2022

Verament pjaċir għalija li nkun magħkom hawn illum, kemm bħala President tar-Repubblika, iżda wisq aktar bħala ċittadin Malti. Qed ngħid dan għax inħoss li l-isfidi li għadda minnhom pajjiżna minħabba l-imxija tal-COVID kienu diffiċli – kif diġà ntqal u ġie deskritt –, ħolqu bosta traġedji umani u b’xi mod laqtuna Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, fir-Riċeviment tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika Franċiża, Residenza tal-Ambaxxatur Franċiż, Ħaż-Żebbuġ, 14 ta’ Lulju 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Your Excellency Mme Agnès von der Mühll, Archbishop Scicluna, Excellencies, Distinguished Guests, It gives me great pleasure to be here with you in person, after an absence of two years, to celebrate together the National Day of the French Republic. Covid-19 might have restricted our mobility in the past couple Read more…

Il-President jinawgura monument li jfakkar l-anzjani li mietu matul il-pandemija tal-COVID-19

Il-President ta’ Malta George Vella inawgura monument li jfakkar lill-anzjani li tilfu ħajjithom matul il-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-karattru reżiljenti tal-anzjani f’dan il-perjodu diffiċli għal kull wieħed u waħda minna. Il-President Vella stqarr li l-pandemija kienet aktar kiefra għall-anzjani, b’mod partikolari għal dawk li jinsabu f’xi residenza jew rikoverati l-isptar. Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, fiċ-Ċerimonja ta’ Gradwazzjoni ta’ Tobba Dr Klown, Palazz Sant’Anton, 15 Lulju 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Dear Doctors Dear Graduands Distinguished Guests I am very pleased that you approached the Office of the President to hold this investiture ceremony at Sant’Anton Palace, and even more so, that you asked me to preside over it. I say so not only as President of the Republic, representing today Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, fir-Riċeviment tal-246 Jum l-Indipendenza tal-Istati Uniti Westin Dragonara Resort, San Ġiljan, 6 ta’ Lulju 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Excellency, Hon. Prime Minister, Mr Speaker, Honourable Ministers, Excellencies, Distinguished Guests, It is a pleasure to be with you once again to celebrate the Independence Day of the United States of America after an absence of two years. The restrictions that the global pandemic brought about helped us appreciate more Read more…

Il-President George Vella u l-President Zoran Milanović ifaħħru r-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Kroazja

Il-President ta’ Malta George Vella u l-President tal-Kroazja Zoran Milanović ikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi. Wara ċ-ċerimonja uffiċjali ta’ merħba fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, il-President Vella u l-President Milanović kellhom taħdita privata, segwita minn laqgħa bilaterali bejn id-delegazzjonijiet uffiċjali ta’ Malta u l-Kroazja fis-Sala tal-Arazzi fil-Palazz Read more…

Skip to content