The President of Malta

Search
Close this search box.

Il-President ta’ Malta jilqa’ lill-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh fil-Palazz ta’ Sant’Anton

Il-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh żar lill-President George Vella llejla fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-Prim Ministru Dbeibeh enfasizza l-apprezzament tal-poplu Libjan għall-ħbiberija li Malta wriet lil pajjiżu. Fakkar ukoll il-kuntatti b’saħħithom ħafna fil-qasam kummerċjali u bejn il-popli li żviluppaw tul is-snin. Il-President Vella esprima dispjaċir għall-kunflitti vjolenti reċenti li wasslu Read more…

Is-Sinjura Miriam Vella tippreżenta ċertifikat lit-tfal li taw sehemhom fid-disinn għall-karus ta’ L-Istrina

Is-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta, iltaqgħet mat-tfal li ħadu sehem fil-kompetizzjoni biex jintgħażlu t-tpinġijiet għal karusijiet tal-BOV Piggy Bank Campaign 2022 b’risq L-Istrina. It-tema ta’ din is-sena hija “Aħjar tkun ħabib milli bully”. F’attività fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, il-Ħamis filgħaxija, is-Sinjura Vella qassmet ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lit-tfal bħala Read more…

Diskors mill-E.T. l-Aġent President Frank Bezzina, waqt il-Wirja tal-Biedja u Snajja’, f’Għawdex, 15 ta’ Awissu 2022.

Onorevoli Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex, Onorevoli Membri Parlamentari, Kumitat Eżekuttiv, Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali Għawdxija, Sinjuri, M’għandix dubju li ħafna minnkom għandhom għal qalbhom il-qasam tal-biedja. Oħrajn forsi kurjużi u qed iżuru din il-Wirja tal-Biedja u Snajja’ għall-ewwel darba. Hu x’inhu l-każ, il-biedja tibqa’ l-fus fuq xiex idur Read more…

L-Aġent President iżur il-Wirja Tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ f’Għawdex

L-Aġent President, il-Professur Frank Bezzina, żar il-Wirja tal-Biedja u Snajja’ fil-ġonna ta’ Villa Rundle f’Għawdex. F’kelmtejn tal-okkażjoni, l-Aġent President irrimarka li sa mill-bidu tagħha fl-1855, din il-wirja kienet u baqgħet ċelebrazzjoni tal-prodott u t-talent Malti. Huwa appella biex il-prodotti agrikoli u artiġjanali Maltin jingħataw prominenza u spazju akbar biex jikkompetu Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu Frank Bezzina, Aġent President, fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Uffiċċji l-ġodda ta’ JK Group f’Birkirkara, 12 ta’ Awwissu 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Honourable David Agius, Mr Kevin Borg, CEO of JK Group, Distinguished Guests, It is a pleasure to be here with you today as we celebrate the opening of the new JK Group Offices in Birkirkara. It gives me great satisfaction to witness the growth of companies like JK Group, who Read more…

Diskors mill-ET George Vella, President ta’ Malta, waqt it-Tifkira tat-80 Anniversarju ta’ ‘Operation Pedestal’, 11 ta’ Awwissu 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Excellency, Reverend fathers, I am pleased to be here with you to commemorate the 80th Anniversary of Operation Pedestal, or as we commonly call it, il-Konvoj ta’ Santa Marija. The jubilation, hope and courage injected into the Maltese thanks to the arrival of the much-needed supplies continue to be one Read more…

Il-President u s-Sinjura Vella jattendu t-tifkira tat-80 anniversarju ta’ ‘Operation Pedestal’

Il-President George Vella u s-Sinjura Vella attendew is-servizz ta’ tifkira tat-80 anniversarju ta’ ‘Operation Pedestal’, magħrufa wkoll bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija. Il-President Vella qal li l-ferħ, it-tama u l-kuraġġ li mlew l-ispirtu tal-Maltin bis-saħħa tal-wasla tal-provvisti tant meħtieġa matul it-Tieni Gwerra Dinjija, għadhom wieħed mill-aktar episodji sinjifikanti tal-istorja riċenti tagħna. Read more…

Tittella’ b’suċċess edizzjoni oħra tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

Is-Sibt filgħaxija, is-6 ta’Awwissu 2022, sar il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. Din hija r-raba’ edizzjoni li ġiet organizzata taħt il-Presidenza tal-President George Vella. Kif hija t-tradizzjoni, il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu sar fl-ewwel Sibt ta’ Awwissu fil-ġonna tal-Palazz Verdala. Wara nuqqas ta’ sentejn, din is-sena kien Read more…

Titnieda t-13-il edizzjoni ta’ Rockestra – Fl-10 ta’ Settembru bit-tema “I love rock ‘n’ roll”

Fl-10 ta’ Settembru li ġej ser issir it-13-il edizzjoni ta’ Rockestra, bit-tema “I love rock ‘n’ roll”. Din l-edizzjoni tħabbret l-Erbgħa filgħodu fil-Palazz Verdala. F’kelmtejn, id-direttur artistiku ta’ Rockestra Pawlu Borg Bonaci fisser kif wara l-edizzjoni b’differenza ta’ Rockestra tas-sena li għaddiet, din is-sena ser tkun edizzjoni speċjali fuq żewġ Read more…

Skip to content