The President of Malta

Search
Close this search box.

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt it-tnedija tal-Fun Run 2022, 31 ta’ Ottubru 2022

Kif diġà qalu ta’ qabli, wara sentejn imħarbtin bil-COVID, erġajna għall-grazzja t’Alla, qegħdin hawnhekk biex invaraw Fun Run kif għandha tkun. Is-sentejn tal-COVID ma rnexxilhomx itappnu l-entużjażmu li kien hemm wara din il-Fun Run fl-edizzjonijiet ta’ qabel. U kulħadd jaf illi s-sena l-oħra, speċjalment, rajna kif għamilna flimkien mal-għaqdiet tal-Assoċjazzjoni Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta fiċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premji tar-Rolex Middle Sea Race organizzata mir-Royal Malta Yacht Club, Mediterranean Conference Centre, Valletta, 29 ta’ Ottubru 2022 (Diskors bl-Ingliż)

Honourable Ministers Excellencies Distinguished Guests I am pleased to join you again this year at this Prize Giving Ceremony of the 43rd Rolex Middle Sea Race.   We are meeting in this majestic venue, which very much epitomises the mastery at sea of the Knights of St. John who built Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella waqt l-għoti tal-premju Ġieħ Għawdex waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum Għawdex, 28 ta’ Ottubru 2022

Onorevoli Ministru, Onorevoli Membri Parlamentari, President tar-Reġjun ta’ Għawdex, President taċ-Circolo Gozitano, Mistednin Distinti, Huwa ta’ pjaċir kbir inkun hawn magħkom illejla biex flimkien niċċelebraw Jum Għawdex u nippremjaw persuni distinti li huma ta’ ispirazzjoni għalina lkoll. Nesprimi l-apprezzament tiegħi liċ-Circolo Gozitano talli sena wara l-oħra jibqa’ jagħti ġieħ lil Read more…

“Għawdex hija ġawhra fraġli li qed ikollha tissielet ma’ pressjonijiet minn bosta naħat” – il-President ta’ Malta f’Jum Għawdex

Il-President ta’ Malta George Vella qal li l-ħarsien xieraq tal-ambjent, politika mifruxa u b’polz soċjali b’saħħtu huma ingredjenti kruċjali biex bis-sħiħ inħarsu l-identità ta’ Għawdex u s-saħħa fiżika u psikoloġika tal-Għawdxin. “Għawdex hija ġawhra fraġli, li qed ikollha tissielet ma’ pressjonijiet minn bosta naħat”, qal il-president waqt li kien qed Read more…

The President’s Solidarity Fun Run tirritorna b’mixja jew ġirja sal-Palazz il-Belt

Il-President George Vella nieda “The President’s Solidarity Fun Run” li se ssir fl-20 ta’ Novembru li ġej b’mixja jew ġirja minn erba’ lokalitajiet sa Pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz il-Belt. Waqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem, il-President Vella qal li jinsab ħerqan ħafna li se jerġa’ jiltaqa’ man-nies f’mixja flimkien Read more…

L-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerka Constance J. Milstein ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella, fil-Palazz Sant’Anton, Ħ’Attard

Il-President laqa’ lill-Ambaxxatriċi f’Malta u rrefera għall-potenzjal kbir li jintensifikaw ir-relazzjonijiet bilaterali, li t-tnejn qablu li huma eċċellenti. L-Ambaxxatriċi Milstein enfasizzat l-impenn tagħha li taħdem mal-partijiet kollha kkonċernati f’Malta biex tiżgura li l-kuntatti jibqgħu jissaħħu. Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi kwistjonijiet reġjonali, b’enfasi fuq il-gwerra fl-Ukrajna u l-instabbiltà fil-Mediterran. Il-President Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika Federali tal-Awstrija, 26 ta’ Ottubru 2022, (Diskors bl-Ingliż)

Your Excellency Honourable Ministers Honourable Leader of the Opposition Honourable Members of Parliament Dr Michael Bianchi, Honorary Consul Excellencies Distinguished guests It is indeed a pleasure to be with you today on such a special occasion for the Austrian people. The celebration of a national day provides us with an Read more…

Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Indja, Gloria Gangte, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard

Hi ddeskriviet ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi bħala tradizzjonalment eċċellenti u enfasizzat id-determinazzjoni tagħha li tiżgura li din is-sħubija tkompli tiżviluppa flimkien mal-iżviluppi ġeopolitiċi u teknoloġiċi. L-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, il-farmaċewtika u s-saħħa ssemmew bħala fost dawk l-aktar promettenti. Il-president laqa’ l-impenn tal-Kummissarju Għoli u żied jgħid li r-relazzjonijiet komplew jiġi mogħnija permezz Read more…

L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Marokk, Youssef Balla, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Filwaqt li laqa’ lill-ambaxxatur, il-President Vella rrefera għar-relazzjonijiet li ilhom għal żmien twil bejn iż-żewġ pajjiżi, u li tul is-snin issaħħew permezz tal-parteċipazzjoni f’forums Mediterranji, bħall-Forum tal-Mediterran tal-Punent u l-Unjoni għall-Mediterran. Il-President Vella rrefera wkoll għall-appoġġ ta’ Malta għal relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk. Dwar il-qasam bilaterali, Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Green Flag lill-iskejjel, 26 ta’ Ottubru 2022

Għeżież studenti u għeżież teachers, L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna talli għoġobkom tistednuni dalgħodu biex inkun qiegħed hawnhekk għal din iċ-ċerimonja sinifikattiva u ħelwa ħafna. Ċerimonja li turi ċar mhux biss l-impenn tal-għalliema, mhux biss l-impenn tal-organizzazzjonijiet illi, kif smajtu diġà, ilhom is-snin jaħdmu f’dal-qasam tal-ambjent, imma anke wkoll l-involviment taż-żgħażagħ, Read more…

Skip to content