The President of Malta

Messaġġ tal-Milied lill-Poplu Malti – 2022

Għeżież Maltin u Għawdxin, Insellmilkom. Hekk kif nagħmel ta’ kull sena, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex inwassal lilkom u lill-familji tagħkom l-isbaħ xewqat f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Nilqa’ bi pjaċir din l-opportunità li nidħol fid-djar tagħkom, f’mumenti ta’ ġabra u atmosfera ta’ ferħ, mifruxin ma’ Malta u Għawdex kollha. Għaddiet Read more…

Il-President George Vella jżur l-aħħar tħejjijiet għal l-Istrina b’dehra ġdida

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella żaru l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop fejn it-Tnejn 26 ta’ Diċembru se ssir l-Istrina 2022 b’dehra ġdida u aktar friska bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali. Filwaqt li osserva l-aħħar tħejjijiet taż-żoni fejn se jsir id-divertiment, jitwieġbu t-telefonati u Read more…

Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella għall-Maltin li jgħixu barra, 16 ta’ Diċembru 2022

Għeżież Maltin u Għawdxin li tgħixu barra minn xtutna, insellmilkom, Nilqa’ bi pjaċir kbir din l-okkażjoni ta’ kull sena biex inwasslilkom l-isbaħ xewqat f’dawn il-ġranet tal-Milied, kif ukoll biex nirriflettu ftit fuq is-sinifikat u l-valur tagħhom. Nemmen bis-sħiħ li minkejja d-distanza ġeografika li tbegħedkom minn Malta u Għawdex, xorta għadkom Read more…

“Is-seħer ta’ Għawdex irridu nibżgħu għalih, għax miegħu jaf jintilef ħafna iktar” – il-President ta’ Malta fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika f’Għawdex

Il-President ta’ Malta George Vella esprima t-tħassib tiegħu dwar kif it-tnaqqir tal-ġmiel naturali jista’ wkoll jirriżulta f’nuqqasijiet tal-kwalità tal-prodott turistiku Għawdxi li jfittxuh mhux biss it-turisti, iżda anke eluf ta’ Maltin. Fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum ir-Repubblika f’Għawdex, il-President Vella qal li “Is-seħer ta’ Għawdex irridu nibżgħu għalih, għax miegħu jaf Read more…

Jitħabbru l-erba’ benefiċjarji tal-Premju tal-President għall-Kreattività

Il-President ta’ Malta George Vella u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżentaw il-Premju tal-President għall-Kreattività lil erba’ organizzazzjonijiet, Gabriel Caruana Foundation bil-proġett Whereabout Are You From għall-2021, filwaqt li Inizjamed bil-proġett Niġru Ġrajja, Outlook Coop b’We Are All Story Tellers u Fondazzjoni Sebħ b’See My Voice huma l-benefiċjarji għas-sena 2022. Waqt Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, waqt il-mixegħla tal-menorah matul iċ-ċelebrazzjoni tal-Chanuka, 18 ta’ Diċembru 2022

Rabbi Chaim Segal, Jewish Community in Malta, Ladies and Gentlemen, I am pleased to have been once more invited to join the celebrations of Chanuka in Valletta and together with you share the universal values of love and unity we share as a global family. The lightening of the menorah Read more…

“Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022

Il-President ta’ Malta George Vella ħeġġeġ lil kull min iħaddem biex ma jkunx xħiħ fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Waqt iċ-ċerimonja ‘Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022’ organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, il-President irrefera għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li wħud minnhom kienu fatali. “Min iħaddem u l-awtoritajiet responsabbli għandhom ikunu Read more…

Il-President jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija

Il-President George Vella llum kellu laqgħa ma’ Péter Szijjártó, Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija. Id-diskussjonijiet koprew firxa ta’ kwistjonijiet ta’ natura bilaterali u reġjonali, b’enfasi fuq kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Fil-bidu, il-President Vella fakkar li kien laqa’ lill-President tal-Ungerija, Katalin Novak, f’Malta biex tipparteċipa fil-laqgħa Arraiolos li saret f’Ottubru. Il-President Read more…

In-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, Savio Hon Tai-Fai, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

Aktar kmieni dalgħodu l-President George Vella laqa’ lin-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, Savio Hon Tai-Fai. Wara l-preżentazzjoni formali tal-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu, in-Nunzju Appostoliku wassal it-tislijiet f’isem il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku lill-President Vella u lill-poplu Malti u Għawdxi. Enfasizza wkoll ir-relazzjonijiet amikevoli u li ilhom għal żmien twil bejn Malta Read more…

Skip to content