The President of Malta

Jitħabbar is-Simpożju Kulturali dwar Malta u r-Renju Unit

L-Uffiċċju tal-President, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit, ser jorganizza Simpożju Kulturali dwar Malta u r-Renju Unit nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru 2023, fil-Palazz ta’ Sant’Anton mid-9am sal-4pm. Dan it-tielet simpożju mis-sensiela Simpożji Kulturali tal-Presidenza jġib l-isem “Evoking Memories, Shaping Futures” u għandu l-għan li jesplora r-relazzjoni politika, kulturali u Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt avveniment organizzat minn Yachting Malta b’risq il-Malta Community Chest Fund. 26 ta’ Awwissu 2023.

L-ewwel nett, nirringrazzjakom. Grazzi Chris, grazzi Ministru, talli organizzajtu din il-laqgħa llejla. U ma jien se nagħmel l-ebda diskorsi formali, ovvjament. Fil-yachting nistqarr li ma nifhem xejn, assolutament, però nieħu pjaċir nisma’ l-proġetti li hemm preparati għal dan is-settur. Hu settur importanti għax, bħalma tafu, pajjiżna huwa gżira, u gżira Read more…

Messaġġ rekordjat mill-E.T. George Vella għal-Maratona ġbir ta’ fondi ‘Jien Suċċess’, Fondazzjoni Inspire.

Nirringrazzjakom ta’ din l-istedina biex inwassal il-messaġġ tiegħi għal din il-maratona ġbir ta’ fondi ‘Jien Suċċess’. Nilqa’ bis-sħiħ, it-titlu li ingħata lil din il-maratona, li jisħaq fuq l-idea ta ‘suċċess’. Dan għaliex m’ hawn l-ebda diżabilità’ li għandha tkun ta’ xkiel għall-kisba ta’ ħajja mimlija, dinjituża, u ta’ sodisfazzjon. Minkejja Read more…

Diskors mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta, waqt it-Tifkira tal-Anniversarju ta’ ‘Operation Pedestal’, 9 ta’ Awwissu 2023. (Diskors bl-Ingliż)

Excellencies, Distinguished guests, It is my pleasure to be here with you again today, to commemorate the Anniversary of Operation Pedestal. Owing to its unique geo-strategic location in the centre of the Mediterranean, Malta earned itself a lot of unwanted attention from the Axis during the second world war.  In Read more…

Tittella’ b’suċċess l-aħħar edizzjoni tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu ta’ din il-presidenza

Kif inhi t-tradizzjoni, fl-ewwel Sibt ta’ Awwissu sar il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu fil-Palazz Verdala b’risq The Malta Community Chest Fund. Din kienet il-ħames u l-aħħar edizzjoni tal-ballu organizzata taħt il-Presidenza tal-President George Vella. F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-President Vella radd ħajr lil kull minn attenda għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu għax il-kontribut tagħhom Read more…

Diskors mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta, waqt il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2023, Palazz Verdala, Is-Sibt, 5 ta’ Awwissu 2023. (Diskors bl-Ingliż)

Honourable Ministers, Honourable Leader of the Opposition, Members of Parliament, Excellencies, Distinguished Guests, Huwa pjaċir tiegħi u ta’ Miriam, li ntukom merħba  fil-Palazz Verdala. Nibda l-ewwel nett billi nirringrazzjakom talli ingħaqadtu magħna. Nilqagħkom għall-ħames Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu tul din il-Presidenza. Thank you all for graciously joining us at this Read more…

Titnieda Rockestra 2023 – Attività b’risq The Malta Community Chest Fund

Rockestra 2023 bit-tema “More Than a Feeling” se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru fiċ-Ċentru ta’ Malta għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet, MFCC, Ta’ Qali. Din se tkun l-aħħar edizzjoni ta’ Rockestra li qed tiġi organizzata taħt il-Presidenza tal-President George Vella b’risq The Malta Community Chest Fund. Id-Direttur Artistiku ta’ Rockestra Pawlu Read more…

Sejħa konġunta minn sitt Kapijiet ta’ Stat dwar l-emerġenza tal-klima fil-Mediterran

Il-President ta’ Malta, George Vella, u ħames Kapijiet ta’ Stat ta’ pajjiżi fil-Mediterran, ilkoll membri tal-grupp Arraiolos, ħarġu dikjarazzjoni konġunta dwar l-emerġenza tal-klima, li fiha qed jappellaw għal azzjoni urġenti u effettiva dwar it-tibdil fil-klima fir-reġjun. Id-dikjarazzjoni konġunta, iffirmata mill-Presidenti ta’ Malta, tal-Kroazja, tal-Greċja, tal-Portugall, tas-Slovenja u tal-Italja, qed tiġi Read more…

Skip to content